Filmati: Studenti jipprotestaw

Read in English.

Għadd ta’ studenti nġemgħu fir-roundabout ta’ Skatepark fl-Imsida fejn għaddejjin bi protesta paċifika. Huma kellhom diversi messaġġi pprintjati fosthom il-kliem “Muscat Kriminal”, “Assassini” u “The situation is desperate” li huma l-aħħar kliem li kitbet il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.

L-istudenti kienu akkumpanjati wkoll minn uħud mil-letturi tagħhom li poġġew magħhom f’din il-protesta spontanja li bdiet għall-ħabta tas-12.45pm.

Il-protesta bdiet mill-Università ta’ Malta fejn l-istudenti żammew strixxun bil-kliem “Muscat Kriminal”. Huma mxew lejn ir-roundabout ta’ Skatepark fejn bħala protesta huma waħħlu t-traffiku kollu ġej minn kull direzzjoni ta’ Triq Reġjonali.