Filmat: Merħba kkulurita għal Emma

Emma Muscat għadha kemm waslet Malta fuq titjira tal-Air Malta minn Ruma fejn għal dawn l-aħħar sitt xhur, hija kienet qed tipparteċipa fil-programm televiżiv tal-mużika Amici di Maria de Filippi.
Emma ltaqgħet mal-ġurnalisti Maltin f'konferenza tal-aħbarijiet organizzata fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.
Eżatt wara ltaqħet mal-amiraturi li ġew jilqgħuha fl-ajruport.
Il-programm ta' Emma għal-lum ma jispiċċax hawn. Wara l-ajruport hija se tkun qed tkanta LIVE waqt il-programm Xarabank li llejla se jiġbor fondi għad-Dar tal-Providenza.
Emma ma għaddietx għall-finali waqt is-semi finali li sar il-Ħadd li għadda.
Ritratt: Emma Muscat – Official Fan Group