Follow Up: Sr Annie tirrakkonta dak li tgħaddi minnu fis-Sirja

Il-programm Follow Up tat-Tnejn 26 ta' Marzu, nitkellmu ma' Sr Annie Demerjian, soru li taħdem fis-Sirja, hekk kif tirrakkonta kif skont hi, l-'Arab Spring' fil-verità kien 'Bloody Spring'. Tgħidilna wkoll kif fis-Sirja t-tfal m'għadhomx jafu jilgħabu, dan għaliex l-innoċenza tagħhom ġiet misruqa. 
Ma' Fr Brendon Gatt nitkellmu dwar il-Papa Franġisku u d-diskors politiku tiegħu. X'messaġġi qiegħed jipprova jwassal?
Wara t-telfa ta' Mons Charles Vella, niddiskutu l-isfidi għall-Moviment ta' Kana. 
Preżentazzjoni ta' Sylvana Debono u Fr Joe Borg.