Filmat: Sirt persuna aħjar kemm ili li kelli tifla bid-downs

L-intervista speċjali ta' din il-ġimgħa se tkun ma' Michelle Spiteri, omm ta' tifla li għandha d-down syndrome. Hi tgħid li hi saret persuna aħjar kemm ilha li kellha t-tifla Francesca. Kif? Insiru nafu waqt il-programm. 

Fl-ewwel parti, tkellimna mal-whips miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati: Byron Camilleri mill-Partit Laburista u Robert Cutajar mill-Partit Nazzjonalista, hekk kif illum se jinfetaħ l-parlament għall-ewwel darba fl-2018 wara l-vaganzi tal-Milied. X'inhi l-aġenda tal-Parlament?  
Wara, ingħaqad magħna s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clude Puli biex iwieġeb il-mistoqsija: Min għandu jinħatar Sindku f’każ ta’ riżenja?
Qabel għaddejna għat-tieni parti tal-programm, tkellimna wkoll ma' Antoine Farrugia dwar x'hemm imħejji għat-tnedija tal-Valletta 2018.