Follow Up: Sew li qam furur dwar il-ħabiba l-ġdida tal-familja tal-PM?

Fil-programm Follow Up tal-Erbgħa 28 ta' Marzu, nitkellmu ma' Norman Vella dwar il-blogg tiegħu fuq Newsbook.com.mt fejn ftit tal-jiem ilu tkellem dwar il-ħabiba l-ġdida ta' Joseph Muscat u xi ħbieb oħra. X'ried jgħid bih dan il-kliem? X'argument qiegħed jagħmel? 
Nitkellmu wkoll mal-ambjentalista Alan Deidun li se jinħatar l-Ambaxxatur Malti għall-Oċeani. Xi tfisser din il-kariga? Tħabbar ukoll li l-qabru u l-bużaqq huma speċi nazzjonali ġodda. X'inhuma l-kwalitajiet li jagħmluhom perfetti għal dan it-titlu?
Il-ġurnalist ta' Newsbook.com.mt Ian Noel Pace jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu ta' meta intervista lil Maria, mara li b'dedikazzjoni kbira ħadet ħsieb lil żewġha għal 10 snin, anke meta hi kellha kanċer. 
Ma' Anna Frendo nitgħallmu aktar dwar l-għajnuna toffri l-Hospice lill-pazjenti u l-qraba tagħhom. Kif ukoll, fil-każ ta' persuni b'diżabitilà, x'għajnuna ta' respite toffri d-Dar tal-Providenza? 
Preżentazzjoni ta' Sylvana Debono.