Filmat: 8 sessjonijiet ta’ counselling b’xejn għal min verament fil-bżonn

DOI - Omar Camilleri

Read in English.

LIVE: Minister for the Family, Children’s Rights and Social Solidarity Michael Falzon gives details about a new counselling service offered to those in need

Posted by MaltaGov on Thursday, April 23, 2020

Persuni li għandhom bżonn counselling f’dan iż-żmien diffiċli, iżda li forsi ma jaffordjawx iħallsu għalih, se jkunu qed jingħataw l-opportunità sabiex ikollhom tmien sessjonijiet b’xejn ta’ counselling ma’ counsellors kwalifikati.

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon ħabbar li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Counsellors (MACP) flimkien mal-Appoġġ se jkunu qed jagħtu numru ta’ sigħat fil-ġimgħa b’xejn għal matul il-pandemija.

L-MACP se jkunu qed joffru sigħat ta’ counselling bla ħlas għal dawk il-klijenti referuti mill-helplines 1772 u 179, li jkollhom bżonn għajnuna speċifika u fit-tul.

Il-President tal-MACP, Ryan Portelli, qal li diversi counsellors raw li f’dan iż-żmien jeħtieġ li kulħadd jingħaqad biex jgħin lill-komunità. Qal li din l-inizjattiva bdiet mill-membri u fi ftit ġimgħat ġabru numru ta’ sigħat, li mhux wieħed żgħir u riedu jaraw kif joffruhom lill-komunità. Huma ħadmu mal-Ministeru biex joffru counselling permezz tas-servizzi diġà eżistenti.

Min-naħa tagħha, Remenda Grech, mill-Aġenzija Appoġġ qalet li kemm ilha li bdiet il-pandemija beda l-helpline 1772 u fi ftit aktar minn xahar, dan irċieva aktar minn 2,000 telefonata. Dan is-servizz qed jintuża minn diversi persuni differenti, kemm anzjani, kif ukoll persuni li għadhom żgħar.

Grech qalet li huwa ta’ pjaċir għalihom li jaħdmu ma’ assoċjazzjonijiet oħrajn fejn jagħtu opportunità sabiex kulħadd jingħata l-opportunità għal tmien sessjonijiet ta’ councelling. Qalet li malli jsir kuntatt, isir ftehim dwar it-tmien sessjonijiet ta’ councelling. Wara li dawn jaslu fi tmiemhom issir assessjoni dwar jekk hemmx bżonn isiru aktar sessjonijiet jew le.

Il-Ministru Falzon qal li dan huwa pass oltre milli wieħed jgħin lill-pubbliku finanzjarjament. Qal li lbieraħ, il-Ministeru ressaq rikors il-Qorti, minħabba li hawn ġenituri li qed jiprojbixxu l-aċċess ta’ wliedhom lill-ġenitur l-ieħor, anke jekk skont l-ordnijiet tal-Qorti, iż-żewġ ġenituri għandhom il-jedd li jiltaqgħu ma’ wliedhom. Qal li matul dal-ġimgħat, Appoġġ, se tkun qed taħdem biex isiru telefonati mal-ġenituri mill-minuri fejn għalihom se jkun hemm superviżjoni. Irringrazzja l-Qorti li aċċettat it-talba tal-Ministeru mill-ewwel.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn