Filmat: Sentejn ilu, fl-istess post, fl-istess ħin

Read in English.

LIVE: Sentejn ilu, fl-istess post, fl-istess ħin

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, October 16, 2019

Il-karba għall-verità u l-ġustizzja fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tkompli tinħass hekk kif illum qed jiġu organizzati serje ta’ attivitajiet li jfakkru s-sentejn mill-qtil brutali tal-ġurnalista Maltija.

Fil-Bidnija ftit qabel it-3pm, għadd ta’ persuni nġabbru għal mument ta’ silenzju fil-post li fih splodiet il-bomba li tpoġġiet taħt is-siġġu tal-karozza ta’ Daphne sentejn ilu.

Anki l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) saħaq dwar l-importanza li ssir ġustizzja u qal li jistħoqq li nkunu nafu min qatel lil Daphne u għal liema raġuni.

Il-ġurnalista Caruana Galizia nqatlet fi splużjoni ta’ karozza fit-triq li mill-Mosta tagħti għall-Bidnija sentejn ilu, fis-16 ta’ Ottubru għall-ħabta tat-3pm.