Filmat: Robert Abela fuq Newsbook.com.mt

Read in English.

17:07 L-intervista tasal fi tmiemha. Grazzi talli segwejtuna.
Charmaine Attard
17:05 Kummissarju tal-Istandards: "Ma nistax naċċetta kritika li l-Gvern xtara s-silenzju tal-backbenchers b'ħatriet oħra. Lanqas naċċetta li din taffettwa l-indipendenza tal-MPs. Jien dejjem ikkritikajt lill-Gvern meta kien hemm bżonn".
Charmaine Attard
17:03 Salarji MPs u Prim Ministru: "Salarju baxx. Huwa suġġett li jqum ta' spiss. MP għandu €1,500 fix-xahar. Imma rridu mmorru fid-direzzjoni, u mhux se tkun prijorità li jkun hemm salarji aħjar".
Charmaine Attard
17:01 L-istil ta' Robert Abela: "Kull karattru għandu l-istil tiegħu. Inħalli n-nies jiġġudikawni. Karattru pożittiv, qalbi żgħira. Nemmen f'politika li taħseb fil-batut, naħdem fil-qrib mal-komunità tan-negozji, l-aqwa li jkollna level playingfield"
Charmaine Attard
17:00 "Jien bqajt leali ta' Joseph Muscat sal-aħħar minuta u ma kelli l-ebda kampanja ppreparata"
Charmaine Attard
17:00 Dwaru nnifsu: "Persuna sempliċi, inħobb li nkun viċin in-nies, ma nħobbx politika kumplessa, inħobb il-ħajja tal-familja"
Charmaine Attard
16:59 Electrogas: "Jien jekk ningħata l-fiduċja nkun Prim Ministru u mhux ġudikant. Ir-rapport tal-NAO jeskludi li hemm il-korruzzjoni. Jekk hemm iktar allegazzjonijiet, għandhom jitressqu quddiem l-awtoritajiet"
Charmaine Attard
16:58 Bejgħ ċittadinanza: "Tajna ċ-ċittadinanza lil nies nodfa"
Charmaine Attard
16:55 Vot ta' sfiduċja f'Muscat fil-PE fosthom mis-Soċjalisti Ewropej: "Kont diżappuntat bil-pożizzjoni tal-PN. Mhux qed ngħid li ma saritx ħsara lir-reputazzjoni tal-pajjiż, imma kien hemm ukoll min kompla jqabbad il-ħuġġieġa"
Charmaine Attard
16:54 Rigali: "Jien jew Chris Fearne rridu nibagħtu messaġġ b'saħħtu ta' governanza tajba. Jien ma nħossx li qed naċċetta rigali anke jekk inkun konformi mal-kodiċi tal-etika"
Charmaine Attard
16:53 Arloġġ ta' €20,000 lill-PM: "M'iniex hawn biex niddefendi lill-Prim Ministru imma nixtieq inkun naf il-verità"
Charmaine Attard
16:50 Negozjanti kbar qrib il-PL: "Nagħmel distinzjoni bejn donazzjonijiet f'attivitajiet tal-massa u negozjanti u donazzjonijiet kbar li jsiru minn negozjanti kbar. Donazzjonijiet kbar ibeżżgħuni għax joħolqu obbligu. Ħadd ma jagħtik somma għalxejn b'xejn"
Charmaine Attard
16:47 Kannabis għal użu rikreattiv: "Pjuttost liberali, ma neskludi xejn, imma teħtieġ iktar diskussjoni"
Charmaine Attard
16:46 Prostituzzjoni: "M'għandhiex tibqa' reat kriminali, għax il-prostituti ġeneralment ikunu mifnija bi problemi soċjali. Hemm bżonn aktar diskussjoni"
Charmaine Attard
16:45 Abort f'Malta taħt Robert Abela? Definittavement Le
Charmaine Attard
16:43 Adrian Delia: "Daphne allegat li Delia kien ħasel il-flus mill-prostituzzjoni u għandu jitlob li ssir inkjesta fuq dak li ntqal dwaru.
Charmaine Attard
16:42 Mozzjoni Oppożizzjoni Nazzjonalista għal inkjesta: "Kieku saret inkjesta fuq dawk kollha li semmiet Daphne fil-blogg tagħha kienet tkun investigata Malta kollha"
Charmaine Attard
16:38 Chris Cardona u Acapulco: "Dak li għandu jiġi stabbilit, għandu jiġi stabbilit. Jien m'iniex hawn biex niddefendi lil Chris Cardona, id-deċiżjoni hi tiegħu. Id-deċiżjoni tiegħi tkun meta naħtar il-kabinett, jekk dak l-inċident għandux jaffettwa jsirx Ministru"
Charmaine Attard
16:38 Assassinju Daphne: "Inħallu l-Korp tal-Pulizija jagħmel xogħlu mingħajr indħil"
Charmaine Attard
16:37 Kummissarju tal-Pulizija: "Dwar riforma fil-Korp tal-Pulizija, ma nħossx li għandha ssir fl-immedjat"
Charmaine Attard
16:36 Assassinju Daphne: Rajt bidla serja kif qed isiru l-investigazzjonijiet dwar l-assassinju ta' Daphne. Sodisfatt bl-investigazzjoni. L-istituzzjonijiet jidher li qed jaħdmu tajjeb.
Charmaine Attard
16:35 Kabinett: "Ma narax immedjatezza għal reshuffle. L-ewwel ħaġa li nara li għandha ssir hija l-istabbiltà"
Charmaine Attard
16:34 Kabinett: "Hemm żgur kariga ta' Ministru għat-Turiżmu li trid timtela b'mod immedjat. Dwar bidliet oħrajn, reshuffle, m'hemmx bżonn bidliet radikali. Bħal Ian Borg, Owen Bonnici qed jagħmlu xogħol eċċezzjonali…"
Charmaine Attard
16:33 Konrad Mizzi: "F'dan il-kabinett m'għandux ikollu kariga f'din il-leġiżlatura, għalkemm qatt ma ssemma b'rabta mal-assassinju ta' Daphne"
Charmaine Attard
16:32 Assassinju Daphne: "Dejjem żammejt distanza għax l-investigazzjoni għandha ssir mill-investigatur. Min naqas irid iħallas ta' għemilu, mhux se nħares lejn uċuħ"
Charmaine Attard
16:30 Governanza u Panama Papers: "Ma kontx fil-Grupp Parlamentari u lanqas fil-vot parlamentari f'Konrad Mizzi. Jiena għandi riservi li esprimejthom fil-mumenti li kelli nesprimihom. Sar ħażin li ma nistax naċċettah"
Charmaine Attard
16:30 Kumment Mark Camilleri fuq Facebook: "Jien nisma' lil kulħadd, nara xi jkunu l-intenzjonijiet ta' kulħadd"
Charmaine Attard
16:28 Patt imxajtan: "M'għandix nitkellem dwar xi ħaġa tal-passat, dak ġara ġimgħat ilu, jien inħares 'il quddiem. Id-deċiżjoni li nikkontesta ħadtha b'kuraġġ u b'sodisfazzjon".
Charmaine Attard
16:26 "Lill-kbir għandek tħallieh javvanza, imma għandu jtella' miegħu lill-fqir"
Charmaine Attard
16:24 Equal pay for equal work: Hemm lakuni legali li jridu jiġu indirizzati. għax qed jikkontribwixxu għad-differenza fid-dħul, bis-sinjuri jsiru iktar sinjuri u l-fqar isiru iktar foqra.
Charmaine Attard
16:19 Faqar: "Naqas mhux żdied. Meta titkellem ma' persuni 'l fuq minn 65 sena jgħidulek li ħajjithom tjiebet. Imma ma sarx biżżejjed"
Charmaine Attard
16:16 Postijiet dilapidati: "Proposti li dawn jiġu restawrati. Titwaqqaf entità governattiva. Is-sidien tal-postijiet ikunu jistgħu jbiegħuha lill-Gvern, bil-prezz tas-suq. Hekk innaqsu li tittieħed iktar art verġni".
Charmaine Attard
16:14 Mediċini b'xejn għall-pensjonanti: "Proposta li tiswa €35-€40 miljun fis-sena"
Charmaine Attard
16:12 Is-sitwazzjoni preżenti: "Noħorġu minnha mingħajr bidliet drastiċi. Il-pass li jmiss ikun l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali".
Charmaine Attard
16:09 Għala għandhom jagħżlu lilek u mhux lil Chris Fearne? "Għandi esperjenza ta' sentejn u nofs, tajt kontribut sħiħ. Nemmen li n-nies jitħallew jagħmlu l-għażla libera tagħhom u jagħżlu bejni u Chris Fearne. Nemmen li l-partit u l-pajjiż f'dan il-mument partikolari li qegħdin fih, li mhux traġiku, għandu bżonn avukat imexxih".
Charmaine Attard
15:51 Dr Robert Abela jasal fl-istudios ta' 103. Jintlaqa' minn Fr Joe Borg li se jmexxi l-intervista.
Charmaine Attard

Il-Membru Parlamentari Robert Abela LIVE fuq Newsbook.com.mt iwieġeb l-għadd ta’ mistoqsijiet li jixtieq jagħmel Newsbook.com.mt kif ukoll li għamlu l-qarrejja ta’ dan is-sit u s-semmiegħa ta’ 103 Malta’s Heart.

Abela li qed jaspira li jkun Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru fi ftit ġimgħat oħra, ġie intervistat minn Fr Joe Borg waqt programm speċjali fuq Newsbook.com.mt il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru fl-4pm u l-għada s-Sibt fid-9am fuq 103 Malta’s Heart.

Il-Ġimgħa li għaddiet kien id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li wieġeb għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt u tal-qarrejja ta’ Newsbook.

Robert Abela se jkun mistoqsi dwar il-programm politiku li qed jipproponi kif ukoll dwar diversi suġġetti oħra li dwarhom staqsew il-qarrejja tagħna.

Newsbook.com.mt LIVE fl-4pm.