Filmat: Christine taqta’ mill-bucket list; tmur paragliding

LIVE 2 residenti tad-Dar tal-Providenza jesperjenzaw il-paraglidingId-dettalji: http://bit.ly/2LcJ89Q

Posted by Newsbook.com.mt on Saturday, July 21, 2018

Żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza illum marru fuq avventura ta’ paragliding.

Christine Borg, li għandha 36 sena, qalet li din kienet l-ewwel esperjenza tagħha fil-paragliding. Qalet li kien ilha żmien twil bil-ħsieb li tmur u fl-aħħar qatgħet ix-xewqa tagħha.

Spjegat li għandha lista ta’ affarijiet li tixtieq tagħmel f’ħajjitha (bucket list), u l-paragliding kienet waħda minnhom. Issa tixtieq tgħum mad-dniefel.

Christine Borg qalet ma’ Newsbook.com.mt li hawn mentalità żbaljata li nies b’diżabilità huma limitati f’dak li jistgħu jagħmlu. “Jekk inti vera trida l-ħaġa u ssib persuni li jgħinuk tagħmilha l-ħaġa” qalet Borg.

Tkellemna wkoll ma’ Tonio Mercieca, li għandu 55 sena, meta reġa’ niżel fuq l-art.

“Esperjenza tal-ġenn! Tħossok liberu u maqtugħ mill-art” qal Mercieca.

Ma’ Newsbook.com.mt Tonio Mercieca qal ukoll li meta xi ħadd jirnexxielu jwettaq xi ħaġa li kienet ta’ ostaklu għalih, din ittih aktar enerġija.