Follow Up: Rekord – 13,000 permessi maħruġa mill-PA fl-2018

Waqt Follow Up illum 29 ta’ Jannar, Sergio Mallia se jiddiskuti numru ta’ suġġetti, fosthom it-‘Transparency International Corruption Index’, it-13,000 permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar is-sena li għaddiet, il-ftehim bejn il-GRTU u s-sidien tal-pompi tal-petrol, kif ukoll il-kampanja #stophate. Mistiednin: il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi, Prof. Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika, Sandro Chetcuti mill-Malta Developers Association, id-direttur ta’ Transparency International EU Carl Dolan, is-segretarju generali tal-Federation of Estate Agents Simon Debono u Herman Grech minn The Times of Malta.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.