Bejn il-Ġimgħa 6 u s-Sibt 7 ta’ Diċembru, saret maratona ta’ 30 siegħa fuq l-istazzjon tar-radju 103 b’risq id-Dar tal-Providenza flimkien mal-preżentatur Arthur Caruana li kien qed ixandar bla waqfien.
Matul din il-maratona kantaw LIVE fl-istudjos diversi artisti u bands lokali fosthom: Peter Paul minn Tribali, Red Electric, Ozzy Lino, Klinsmann, Luke Chappell, Sterjotipi, Airport Impressions, Nicole Borg, Janice Debattista, Daniel Muscat Caruana, Nadine Axisa u oħrajn.
Kompli segwi fuq 103.mt
Jekk tixtieq tagħti donazzjoni tista’ tibgħat SMS fuq 5061 8922 għal donazzjoni ta’ €7 jew iċċempel fuq 51802014 biex tagħti donazzjoni ta’ €25.
Fl-aħħar tal-maratona, inġabbru l-fuq minn €12,000 b’risq id-Dar tal-Providenza.
Segwi l-filmati hawn taħt u fuq.