Follow Up: Reazzjoni għall-aħħar żviluppi dwar il-mina t’Għawdex

Fil-programm Follow Up tal-Erbgħa 11 t'April, diskussa l-proposta mina ġdida bejn in-Nadur u l-Manikata flimkien ma' Michael Galea mill-Gozo Business Chamber, kif ukoll nsewgu l-kummenti tal-Ministru Ian Borg u l-Membru Parlamentari Chris Said. 
Fuq Newsbook.com.mt rajna l-aħbar li speċi ta' għasfur protett, il-Bagħdan Abjad, ġie milqut f'Ħal Safi. Dwar dan se nitkellmu ma' Mark Sultana mill-Birdlife. 
Se nsegwu wkoll intervista ma' Marco Bonnici, il-President tal-MUT dwar il-homework, ir-rapport tal-Bank Dinji u l-għalliema li jagħtu l-ikel lill-istudenti. 
Fl-aħħar, nitkellmu ma' Veronica Clark dwar il-Jum Internazzjonali tal-Parkinsons. 
Preżentazzjoni ta' Sylvana Debono.