Ipprefera jirreżenja milli jinvestiga lil Pilatus – Direttur fl-MFSA

FILE PHOTO: Whitehall Mansions, within which the offices of Pilatus Bank are situated, is seen in Ta' Xbiex, Malta, October 28, 2017. REUTERS/Darrin Zammit Lupi/File Photo

Illum tkompli l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji Maltija (MFSA) mistennija twieġeb il-mistoqsijiet tal-Bord tal-Inkjesta u l-avukati, b’mod speċjali dwar il-Bank Pilatus.

Xi spikka mis-seduta tal-lum?

  • Alfred Zammit mill-FIAU lest jgħid meta l-FIAU saret taf li Yorgen Fenech kien is-sid ta’ 17 Black, imma jitlob biex jagħmel dan fil-magħluq
  • Kont sorpriż meta Ferris qal li ma jafx għaliex tkeċċa mill-FIAU; hemm 25 raġuni – Alfred Zammit
  • “Ċajta”, hekk iddeskriviet ix-xhieda ta’ Zammit, il-whistleblower Maria Efimova
  • Marianne Scicluna, uffiċjal tal-MFSA tgħid li l-MFSA kienet tuża informazzjoni mill-blogg ta’ Daphne Caruana Galizia. “Fis-sustanza l-blogg kien ikun korrett”
  • Scicluna stqarret li wieħed mill-ispetturi għażel li jirriżenja minflok jinvestiga lill-Bank Pilatus
17:20 L-inkjesta mistennija tkompli nhar l-Erbgħa fis-2 pm. Grazzi talli segwejtuna.
Christoph Schwaiger
17:19 Il-ġurnalisti jintalbu joħorġu mill-Awla. Ma fadalx aktar xhieda li se jixhdu fil-miftuħ.
Christoph Schwaiger
17:17 Scicluna titlob li tixhed wara bibien magħluqa jekk kienx hemm xi tħassib dwar il-liċenzjar ta' Pilatus Bank mal-ECB.
Christoph Schwaiger
17:13 Scicluna tgħid li l-persuna li rreżenjat kienet banking inspector. Tgħid li l-ispetturi bdew iħossuhom skomdi għax ma ridux jispiċċaw f'xi gazzetta.
Tgħid li riedu jgħamlu spezzjoni fuq il-bank f'Mejju imma ngħataw permess jidħlu f'Novembru peress li kien hemm inkjesta għaddejjin.
Christoph Schwaiger
17:10 Scicluna tgħid li saret analiżi forensika tal-bank.
Christoph Schwaiger
17:08 Scicluna: Kellna sitwazzjoni bl-ispetturi. Ma kinux qed iħossuhom komdi jagħmlu spezzjonijiet on-site. Dan minħabba l-iskrutinju tal-midja. L-MFSA ddeċidiet li l-ispezzjoni kellha ssir. Wieħed mill-persuni konċernati għażel li jirreżenja.
Christoph Schwaiger
17:05 Scicluna tgħid li l-MFSA kienet tuża informazzjoni mill-blog ta' Daphne Carauna Galizia. Qalet li fis-sustanza l-blog kien ikun korrett fl-allegazzjonijiet li kienu jsiru fih.
"Aħna meta rajna l-blog bdejna ninvestigaw jekk l-allegazzjonijiet humiex veri jew le."
Christoph Schwaiger
17:01 Scicluna tgħid li bank normalment jagħti rapport f'kull kwart tas-sena. Qalet li fil-każ ta' Pilatus kienu jsegwu l-affarijiet aktar mill-qrib.
Christoph Schwaiger
16:58 Meta bdiet on-site inspection tal-FIAU, huma qassmu l-informazjoni ma-MFSA.
Christoph Schwaiger
16:51 L-MFSA identifika xi affarijiet li ma kinux serjissimi.
Christoph Schwaiger
16:51 Sar top-down inspection – governanza, transżazzjonijit, etc
Christoph Schwaiger
16:50 Tgħid li qabel ma jsir on-site visit ġieli jingħata avviż minn qalbel.
Christoph Schwaiger
16:48 Scicluna tgħid li sar on-site visit wara li ndunaw ċertu tkabbir.
Christoph Schwaiger
16:45 tgħid li dan kien involut f'servizzi finanzjarji u li kellu nies oħra madwar b'esperjenza relatata ma' banek
Christoph Schwaiger
16:44 Scicluna tiġi mistoqsija dwar Ali Sadr li ma kellux esperjenza ta' bankier.
Christoph Schwaiger
16:42 Scicluna tgħid li sar intelligence report minn kumpanija Ingliża għax Ali Sadr kien mill-Iran – ġurisdizzjoni riskjuża
Christoph Schwaiger
16:39 Il-proċess ta’ liċenzjar ħa madwar disa’ xhur. Id-due diligence ma saritx mill-KPMG.
Christoph Schwaiger
16:38 Tgħid li KPMG kienu involuti fil-ftuħ tal-bank u meta sar onsite visit fil-bank.
Christoph Schwaiger
16:37 Scicluna tgħid li Pilatus Bank approachja formalment lill-MFSA f’Settembru tal-2012. Kienu jsiru laqgħat qabel ma ssir l-applikazzjoni. L-applikazzjoni waslet fi Frar tal-2013.
Christoph Schwaiger
16:36 Scicluna tgħid li l-MFSA tgħaddi informazzjoni lill-FIAU dwar compliance u affarijiet oħra li jaħsbu li tkun ta’ relevanza għall-FIAU. F’dan il-każ raw ċertu affarijiet relevanti għall-FIAU.
Christoph Schwaiger
16:34 Sa fejn taf Scicluna, l-FIAU għadha qed tinvestiga l-każ.
Christoph Schwaiger
16:33 Tgħid li l-kumpaniji BT international u BT management kienu joperaw ma ġurisdizzjonijiet "riskjużi".
Christoph Schwaiger
16:32 Scicluna tgħid li l-FIAU hija l-entità dwar ħasil tal-flus. Tgħid li MFSA hi responsabbli minn regolamentazzjoni ta’ banek u kumpaniji tal-assikurazzjoni fost affarijiet oħra.
Aħna f’din il-compliance visit identifikajna xi affarijiet imma mill-memorja kien hemm xi affarijiet li tlabna lill-kumpanija biex tirranġahom.
Christoph Schwaiger
16:29 Scicluna tgħid li wara li ħarġu l-Panama Papers saru on-site inspections fuq xi kumpaniji ta' Brian Tonna u Karl Cini – imma mhux Nexia BT għax din ma kinetx taqa' taħt il-kompitu tal-MFSA.
Christoph Schwaiger
16:27 Therese Comodini Cachia tistaqsi jekk l-MFSA ħaditx azzjoni kontra nies fil-ħajja pubblika. Scicluna tgħid li iva. Tgħid li ma kienx hemm azzjoni li ttieħdet b’rabta mal-Panama Papers.
Christoph Schwaiger
16:26 Scicluna tgħid li kienet membru fil-kunsill f’żewġ irwoli.
Christoph Schwaiger
16:25 Scicluna tgħid li l-MFSA taħt il-liġi taġixxi bħala agent għan-nom tal-FIAU. Kien hemm perjodu fejn l-MFSA kienet tagħmel on-site insepections għan-nom tal-FIAU. Kien hemm perjodu fejn is-site visits kienu jsiru jointly. Il-ġurisdizzjoni dejjem kienet tal-FIAU.
Tgħid li s-suspervisory council m’għadux jeżisti. Dan kien kumitat minn head tas-supervisory units. Il-kompożizzjoni tiegħu kien ivarja matul iż-żmien. L-irwol tal-kunsill kien li jieħu deċiżjonijiet regolatorji.
Christoph Schwaiger
16:23 Tibda tixhed Scicluna, Daħlet mal-MFSA fl-1995. Illum hija Chief Officer Supervision.
Christoph Schwaiger
16:21 Avukat għan-nom ta' Scicluna tgħid li hemm kawżi oħra kontra l-MFSA miftuħin minn Pilatus Bank. Jitlob li affarijiet li jistgħu jaffettwaw dawn il-kawżi jintqalu fil-magħluq.
Christoph Schwaiger
16:18 Zammit itemm ix-xhieda tiegħu. Imiss lil Marianne Scicluna mill-MFSA.
Christoph Schwaiger
16:13 Zammit għadu qed jixhed wara bibien magħluqa. Intant, il-whistleblower Maria Efimova deskriviet ix-xhieda ta' Zammit bħala "ċajta" fuq il-midja soċjali. Qalet li l-bank kellu 80 kont ta' Politically Exposed Persons minn 100 kont b'kollox.
"L-FIAU ma ndunawx b'dan mill-ewwel ġurnata?" staqsiet Efimova.
Christoph Schwaiger
16:01 Zammit ikompli jixhed fil-magħluq. Il-ġurnalisti joħorġu mill-awla.
Christoph Schwaiger
16:00 Jgħid li m’għandux kopja tad-dokument miegħu. Jgħid li kien żball min-naħa tal-FIAU li ġie impjegat Ferris. Qal li l-prestazzjoni tiegħu ma kinetx tajba. “Kien maniġer orribbli.” Qal li fl-aħħar l-FIAU kellha tieħu azzjoni. Spjega li din ma kinetx l-ewwel darba li l-FIAU kienet ingaġġat lil xi ħadd li ma wassalx aktar mill-perjodu ta’ probation.
Christoph Schwaiger
15:59 Zammit jgħid li kien sorpriż meta qara fil-midja li Ferris qal li ma kienx jaf għalfejn tkeċċa. Zammit qal li fit-2 ta’ Lulju 2018 l-FIAU ssottomettiet nota fit-tribunal b’dokument li kien fih aktar minn 25 bullet points ta’ raġunijiet għalfejn tkeċċa Ferris.
Christoph Schwaiger
15:55 Alfred Zammit jgħid li jixtieq jitkellem dwar ix-xhieda ta' Jonathan Ferris bħala parti minn din l-inkjesta.
Christoph Schwaiger
15:54 Jgħid li issa l-FIAU qed tiftaħ ukoll każijiet fuq inizzjattiva tagħha stess.
Christoph Schwaiger
15:50 Zammit li sar ħafna titjib fl-FIAU dan iż-żmien.
Christoph Schwaiger
15:50 Zammit jgħid li dwar il-Panama Papers, l-FIAU għamlet dak kollu li kien possibbli min-naħa tagħha.
Christoph Schwaiger
15:46 Zammit mistenni jgħid lill-bord meta l-FIAU saret taf li Yorgen Fenech kien is-sid ta' 17 Black. Irid din li din il-konverżazzjoni ssir wara bibien magħluqa.
Christoph Schwaiger
15:44 Zammit jgħid li l-missjoni tal-FIAU mhix li tgħati l-multi imma li tmexxi affarijiet ta' compliance.
Christoph Schwaiger
15:43 Zammit jgħid li l-FIAU użat informazzjoni mill-blog ta' Daphne Caruana Galizia u l-midja.
Christoph Schwaiger
15:42 Zammit jgħid li darba ġie leaked ritratt minn CCTV. Fih jidher iżomm file aħmar. Jgħid li dan il-file ma kienx dwar Konrad Mizzi. Jgħid li l-laqgħa kienet ma' Ian Abdilla.
Christoph Schwaiger
15:40 Jgħid li ġieli saru laqgħat wara l-ħinijiet tal-uffiċċju.
Christoph Schwaiger
15:40 Jgħid li hemm ħafna każijiet li mhumiex fid-dominju pubbliku. Jgħid li mhux possibli jiftakar id-dettalji ta’ kull każ.
Christoph Schwaiger
15:39 Zammit jgħid li jiftakarx x'iddiskuta ma' Abdilla.
Christoph Schwaiger
15:37 Zammit jgħid li jaħseb li ddiskuta l-erba' rapport ta' qabel ma' Ian Abdilla.
Christoph Schwaiger
15:33 Zammit lest jagħti informazzjoni li taf tgħin l-inkjesta jekk jingħata permess jixhed fil-magħluq.
Christoph Schwaiger
15:32 Zammit jgħid li għadu qed issir xogħol dwar Pilatus Bank. Jgħid li l-bank intalab jirrilaxxa kull informazzjoni li għandu.
Christoph Schwaiger
15:29 F'ittra minnhom kien hemm ammonti sinifikanti ta' dokumenti li ma ntwerewx l-ewwel darba. Minkejja dan, Pilatus Bank ingħata "clean bill of health" skont Comodini Cachia.
Christoph Schwaiger
15:26 Zammit jintwera artiklu mill-gazzetta Illum. Hemm ukoll dokument mehmuż. Jgħid li qed jgħaraf ftit affarijiet. Jgħid li jidentifika l-firma tiegħu fuq għadd ta’ ittri.
Christoph Schwaiger
15:25 Jgħid li ma kinux kuntenti li fl-ewwel visit li għamlu ma ngħatawx l-informazzjoni li mbagħad tfaċċat it-tieni darba li marru l-bank.
Christoph Schwaiger
15:24 Zammit jgħid li ma kellhomx biżżejjed informazzjoni biex jieħdu azzjoni kontra l-bank.
Christoph Schwaiger
15:22 Alfred Zammit: Konna konċernati ħafna dwar Pilatus Bank
Christoph Schwaiger
15:21 Mistoqsi dwar min kien fuq il-compliance monitoring committee, Zammit ma jiftakarx eżatt kull min kien fil-kumitat,
Christoph Schwaiger
15:19 Galdes jgħid li l-EBA analizzat dwar x’ġara fil-każ bejn l-FIAU u Pilatus Bank. Comodini twaqqfu u titolbu jwieġeb il-mistoqsijiet tagħha.
Christoph Schwaiger
15:18 Jgħid li dan għaliex Galdes kien diġà beda jikkomunika mal-bank.
Christoph Schwaiger
15:17 Tistaqsi lil Zammit għalfejn hu żvela li Galdes kien irreżenja mal-bank.
Christoph Schwaiger
15:16 Comodini Cachia turi ittra ffirmata minn Zammit li fiha nforma lil Pilatus liema klijenti se jkunu qed janalizzaw.
Christoph Schwaiger
15:15 Jgħid li jekk ikun hemm suspett ta’ ħasil tal-flus, dan ix-xogħol isir mit-tim ta’ investigazzjonijiet.
Christoph Schwaiger
15:13 Jgħid li din is-sistema mhix xi ħaġa rari.
Christoph Schwaiger
15:12 Jgħid li fil-każ ta’ Pilatus Bank raw ir-relazzjoniijet kollha li kellhom ma’ PEPs. Jgħid li ma kienux jafu bid-dual filing system ta' Pilatus Bank. Jgħid li mhux qed jiddefendi lill-bank.
Christoph Schwaiger
15:11 Zammit jgħid li l-ewwel visit saret bejn il-15 u t-22 ta’ Marzu. Ma kinetx ħaġa ta’ ġurnata.
Christoph Schwaiger
15:09 Zammit jgħid li sa fejn jaf hu l-bank ma kienx fl-għajn tal-pubbliku mill-ewwel ġurnata li nfetaħ.
Christoph Schwaiger
15:06 It-tieni visit saret f’Awwissu tal-2016.
Christoph Schwaiger
15:06 L-ewwel compliance visit f’Pilatus saret f’Marzu tal-2016
Christoph Schwaiger
15:05 Jgħid li l-proċeduri tal-FIAU fl-2016 ma kienux tajbin biżżejjed.
Christoph Schwaiger
15:04 Jgħid li ma jafux jekk l-informazzjoni kinetx hemm qabel jew jekk saritx wara l-ewwel spezzjoni.
Christoph Schwaiger
15:03 F’dik il-laqgħa, Manfred Galdes aċċetta li jerġa’ jsir on-site visit. Reġa’ ntbagħat l-istess tim ta’ nies. L-eżami follow-up saret wara r-riżenja ta’ Galdes. Jgħid li l-uffiċjali tal-FIAU imbagħad intwerew aktar dokumenti mill-ewwel darba fit-tieni on-site visit.
Christoph Schwaiger
15:02 Jgħid li saret laqgħa bejn l-FIAU u rappreżentanti ta’ Pilatus Bank u KPMG. Il-bank insista li r-rapporti tal-KPMG u Camilleri Preziosi sabu li s-sejbiet tal-FIAU ma kienux vertitieri.
Christoph Schwaiger
14:59 Jintwera rapport ieħor. Jgħid li huwa dwar compliance – initial findings letter. Ittra li l-FIAU tibgħat lil entità bis-sejbiet ta’ analiżi on-site.
Christoph Schwaiger
14:58 Jgħid li sa fejn jaf hu l-Pulizija ħadet azzjoni. Qal li nfetħet inkjesta maġisterjali.
Christoph Schwaiger
14:57 Jgħid li jsiru ħafna laqgħat mal-Pulizija. Jgħid li ġieli jingħataw aġġornamenti dwar xi każijiet.
Christoph Schwaiger
14:57 Jintwera dokument dwar Keith Schembri u l-bejgħ tal-passaporti. Alfred Zammit jgħid li jidher li mhux ir-rapport eżatt imma simili. Il-format huwa differenti. Is-sustanza huwa l-istess. Jgħid li r-rapport intbagħat lill-Pulizija.
Christoph Schwaiger
14:54 Jintwera dokument ieħor li ntbagħat lill-Pulizija. Kien involut fil-preparazzjoni tiegħu. Ir-rapport huwa dwar Keith Schembri u Adrian Hillman.
Christoph Schwaiger
14:52 Zammit jgħid li kien hemm suspett dwar ħasil tal-flus u li kien hemm lok għal investigazzjoni mill-Pulizija.
Jgħid li huwa diżappuntat li dokumenti kunfidenzjali ġew leaked.
Christoph Schwaiger
14:49 Zammit jgħid li ftit mill-aktar informazzjoni important li waslet għand l-FIAU kienet għadha ma waslitx sal-punt li fih ġie leaked id-dokument.
Christoph Schwaiger
14:49 Zammit jgħid li m’għandux isir paragun bejn ir-rapport li qed jintwera u d-dokument finali.
Christoph Schwaiger
14:48 Comodini Cachia tistaqsi jekk il-konklużjonijiet tar-rapport li uriet humiex l-istess bħall-konklużjonijiet li ntbgħatu lill-Pulizija. Zammit jgħid li bl-amment ma jafx.
Christoph Schwaiger
14:47 Zammit jesebixxi parti mir-rapport tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant li allegatament turi li r-rapport intbagħat lill-Pulizija.
Christoph Schwaiger
14:47 Il-bord jordna lil Zammit iwieġeb. Jgħid li d-dokument kompla jitħejja u ġie konkluż. Jgħid li eventwalment intbagħat rapport lill-Pulizija.
Christoph Schwaiger
14:46 Therese Comodini Cachia tgħid li dak li huwa fid-dominju pubbliku għandu jibqa’ fid-dominju pubbliku.
Christoph Schwaiger
14:45 Il-bord jitlob lill-avukati u lix-xhud jikkalma. Il-bord jgħid li ħadd m'għandu jgħolli leħnu fl-awla.
Christoph Schwaiger
14:45 Jerġa’ jitlob jixhed fil-magħluq.
Christoph Schwaiger
14:44 Jgħid li dan id-dokument qatt ma ntbagħat lill-Pulizija. Jgħid li d-dokument kien għadu qed jitlesta. Jgħid li r-rapport huwa dwar Konrad Mizzi.
Christoph Schwaiger
14:43 Jgħid li jidher familjarji. Jgħid li huwa "internal working dokument". Jgħid li ma jirreferux għalih bħala “finalised report”.
Christoph Schwaiger
14:41 L-avukat Therese Comodini Cachia turih dokument mill-FIAU li ġie ppubblikat fil-midja. Zammit jitlob jixhed fil-magħluq jekk ikun se jsiru mistoqsijiet dwar każijiet speċifiċi.
Christoph Schwaiger
14:40 Jgħid li daħal f'Novembru tal-2010. Kien Aġent Direttur għax sitt xhur minn nofs l-2016 sal-bidu tal-2017. Kien dak iż-żmien li rreżenja Manfred Galdes.
Christoph Schwaiger
14:37 Jibda jixhed Alfred Zammit – Deputat Direttur fi ħdan l-FIAU
Christoph Schwaiger
14:34 L-avukati, membri tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia, u ġurnalisti jibdew jinġabru fl-awla.
Christoph Schwaiger

X’ħareġ fis-smigħ ta’ qabel?

  • Egrant propjetà tal-PL – Ferris jgħid li Dalli qallu hekk
  • “Id-dokument li bagħat Kessler tal-OLAF qatt ma wasal għand Ferris; weħel xahrejn għand l-AĠ”
  • “L-ewwel xokk għalija li fl-FIAU kien hemm password wieħed għas-sistemi kollha” – Ferris
  • “Peter Paul Zammit spiċċa fl-inkwiet għax ma aġixxiex fuq il-każ ta’ John Dalli” – Ferris
  • “Alfred Zammit tal-FIAU ma ridnix nersaq l-uffiċċju għax kienet għaddejja laqgħa sensittiva” – Ferris
  • Jonathan Ferris isemmi kif darba ċemplitlu Daphne
  • Ferris jgħid li qalulu li tawh struzzjonijiet li ma jirrappurtawx lill-Pulizija dwar it-tanker tal-LNG
  • Ferris intalab imur quddiem il-Maġistrat Bugeja, isib lil Ian Abdilla, iqabbel id-dokument u jsib “ammont ta’ diskrepanzi”
  • Ferris jgħid li darba Dalli rrefera għal Caruana Galizia bħala “cyber terrorist”