Filmat: Jaqa’ 5 sulari; fil-periklu tal-mewt

Żagħżugħ ta’ 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’  madwar ħames sulari hu u jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni Gżira.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li s-Sirjan li hu residenti Birkirkara waqa’ fuq xogħlu fl-10am fi Triq il-Madonna tal-Ġebla. Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-vittma. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei.