“Lesti nilqgħu l-għotja ta’ Alla?” – l-Arċisqof ta’ Malta

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=AcLwcvrlSaU]

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna staqsa lil-kongregazzjoni miġbura għal Ħadd il-Palm jekk hix lesta taċċetta l-għotja li għamel Alla meta offra lill-ibnu għall-bnedmin.
Waqt il-Quddies ta’ Ħadd il-Palm li saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, l-Arċisqof Scicluna qal li l-Evanġelju ta’ San Mark li nqara llum jirrepeti diversi drabi l-idea tal-konsenja. Qal li f’dan il-jum l-Insara jiftakru fil-volonta ta’ missier li jagħti lil ibnu.
Mons. Scicluna stqarr li Ġesù jirreferi għal din il-volonta bħala “kalċi”. Qal li Ġesù talab lil Missieru biex kemm jista’ jkun ibiegħed minnu dak il-kalċi, imma fakkar li Ġesù żied jgħid li r-rieda tkun dik ta’ Missieru u mhux tiegħu.
Waqt l-omelija tiegħu Mons. Scicluna ddeskriva dan bħala misteru kbira ta’ għotja li tinvolvi wkoll l-imħabba.
Qal li l-Mulej qed joffri lilu nnifsu lill-poplu tiegħu.
Ritratti: Kurja – knisja.org/ritratti