Filmat u Ritratti: Protesta kontra l-korruzzjoni l-Belt

Read in English.

Għadd ta’ persuni nġabru l-Belt Valletta fi protesta kontra l-korruzzjoni quddiem il-Parlament. Dan fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar l-iskandlu tal-proġett ta’ wind farms tal-Montenegro.

Fost l-islogans li bdew jgħajtu n-nies kien hemm l-għajta ta’ “mafja” u “Daphne għandha raġun”.

Meta ħareġ id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi biex isegwi l-protesta l-folla bdiet iċċapċaplu.