Filmati: Protesta kontra l-karozzini taż-żwiemel

Illum saret protesta kontra l-karozzini taż-żwiemel li joperaw fit-toroq Maltin u Għawdxin.

Il-protesta ttellgħet minn Animal Liberation Malta bil-għan li jitwassal messaġġ kontra l-abbuż fuq iż-żwiemel li jintużaw biex idawwru l-karozzini f’xemx tiżreġ.

Fuq l-avveniment fuq Facebook, Animal Liberation Malta spjegat li dan ix-xogħol qed jaffettwa ħajjet dawn l-annimali b’mod negattiv filwaqt li joħloq problemi kbar tat-traffiku.

Ma’ Newsbook.com.mt attivisti minn Animal Liberation Malta saħqu li din hi tip ta’ moħqrija fuq iż-żwiemel u li fl-2018 għandna teknoloġiji tajba biex nivjaġġaw u m’għadx hawn bżonn taż-żwiemel f’dan ir-rigward.

Huma sostnew li għalkemm l-ivjaġġar bil-karozzini ma’ ċertu bliet bħal Belta Valletta u l-Imdina hu tradizzjoni, minnha nniffisha hi tradizzjoni antika u li saħqu li għandha tiġi aġġortnata maż-żminijiet.

Din il-protesta saret ukoll fid-dawl tal-każ li seħħ każ li seħħ nhar il-Ħadd meta żiemel intelaq minn tulu fl-art għax ma felaħx ikompli jimbotta karozzin bis-sħana fil-Pietà u l-mewt ta’ żiemel ieħor nhar l-Erbgħa fil-Furjana.

Sadanittant fuq Facebook qed tiċċirkola petizzjoni biex ikun projbit l-użu taż-żwiemel biex idawwru l-karozzini.

LIVE: Protesta kontra l-użu taż-żwiemel għal karozziniAktar dettalji: http://bit.ly/2B2Uqsl

Posted by Newsbook.com.mt on Saturday, August 11, 2018

LIVE: Protesta kontra l-użu taż-żwiemel għal karozziniAktar dettalji: http://bit.ly/2B2Uqsl

Posted by Newsbook.com.mt on Saturday, August 11, 2018