Il-programm, ippreżentat minn Fr Joe Borg u Sylvana Debono, jinkludi diskussjoni mal-membri tal-Kumitat Organizzattiv fosthom mal-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi, iċ-Chairman tal-Kumitat, l-aħħar aħbarijiet u kollegamenti mal-ġurnalisti ta’ Newsbook fil-Belt Valletta.
Il-Papa Franġisku se jżur il-Gżejjer Maltin fil-31 ta’ Mejju li ġej. Riċentament huwa semma lil Maltin darbtejn. Fit-30 ta’ Jannar li għadda, l-Arċisqof Charles Scicluna ltaqa’ mal-Papa Franġisku u tkellmu dwar din iż-żjara.