Filmat: 10 każijiet ġodda tal-coronavirus

Read in English.

Il-Prof. Charmaine Gauci ħabbret 10 każijiet ġodda tal-coronavirus, li disgħa minnhom ġew mill-komunità. Każ wieħed biss ġej minn kuntatt ma’ każ ieħor.

Ħames persuni fiequ, biex issa Malta għandha 78 każ attiv.

Dan tħabbar mill-Prof. Charmaine Gauci fil-konferenza ta’ kuljum tan-12.30pm.

Il-każijiet:

  • Maltija ta’ 19-il sena li kienet diġà kwarantina u ma kellha l-ebda sintomi, imma kellha kuntatt ma’ każ ieħor
  • Malti ta’ 75 sena li għandu kundizzjoni medika, sarlu screening hu u dieħel l-isptar għalkemm ma kellux sintomi
  • Malti ta’ 73 sena li wkoll għandu kundizzjoni medika; dan l-aħħar il-kundizzjoni bdiet sejra għall-agħar għax beda jaqta’ nifsu; dan qed jinżamm l-Infectious Diseases Unit
  • Malti ta’ 65 sena li fit-12 ta’ Mejju kellu griżmejh juġgħuh u għamel it-test minn jeddu; ħadem l-aħħar fit-12 ta’ Mejju; qed isir il-contact tracing fil-kumpanija fejn jaħdem u fost il-familja tiegħu
  • Maltija ta’ 64 sena li kellha qtugħ ta’ nifs, griżmejha juġgħuha u għeja; qed isir contact tracing man-nies tad-dar
  • Malti ta’ 66 sena li sarlu t-test meta mar l-isptar u ma kellux sintomi
  • Maltija ta’ 50 sena li ma kellha l-ebda sintomi imma għamlet it-test; qed isir il-contact-tracing
  • Malti ta’ 30 sena li fit-8 ta’ Mejju kellu wġigħ ta’ ras, għeja, uġigħ fil-muskoli u fiż-żaqq; qed isir contact tracing tal-familja u l-ħbieb
  • Taljan ta’ 20 sena li kien bla sintomi
  • Maltija ta’ 17-il sena bla sintomi; contact tracing tal-ħbieb u l-familja

Ilbieraħ tħabbru 14-il każ ġdid tal-coronavirus, bidla sinifikanti mill-ftit każijiet li kienu qed jitħabbru fl-aħħar jiem. Dan għaliex jum qabel kien sar numru rekord ta’ testijiet li qabeż l-1,300. Nofs il-każijiet il-ġodda kienu mill-komunità u ma kellhomx rabta mal-każijiet imħabbrin qabel.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn