Medja ta’ 15-il jum biex wieħed ifiq mill-coronavirus – Prof. Gauci

Read in English.

Prof. Charmaine Gauci tat l-aġġornamenti tal-ġimgħa b’rabta mal-coronavirus fil-pajjiż.

Xi spikka mill-konferenza ta’ Prof. Gauci?

  • Is-sitwazzjoni qed issir aktar stabbli, imma għadu kmieni biex wieħed ibassar
  • L-età medja tal-persuni pożittivi għall-virus f’Malta hija ta’ 40 sena
  • Mil-lum ma jistgħux isiru iktar attivitajiet bin-nies bilwieqfa
  • Appuntamenti għas-swab tests fi żmien 24 siegħa: Jekk għandek is-sintomi toħroġx, ċempel 111
  • Ftuħ ta’ Skejjel: Il-WHO ħarġet pariri biex it-tfal jilbsu l-maskri
  • S’issa llum saru 99 test: 3 persuni pożittivi
  • Medja ta’ 15-il jum biex wieħed ifiq mill-coronavirus
13:07 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
13:06 Prof. Gauci waslet fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet u tagħmel l-aħħar appelli tagħha.
Nicole Borg
13:00 Jidher li t-tweġiba għall-mistoqsija ta' Newsbook.com.mt dwar il-medja ta' kemm wieħed idum pożittiv għall-virus, kienet ta' 15-il jum.
Nicole Borg
12:59 Qalet li din is-sena, l-awotoritajiet ordnaw aktar vaċċini kontra l-influwenza.
Nicole Borg
12:59 "Il-pubbliku jrid jifehm l-importanza tal-vaċċin kontra l-influwenza," qalet Prof. Gauci.
Nicole Borg
12:59 Jidher li hemm xi problema bis-sistema tas-sound.
Nicole Borg
12:57 Is-sound tat-trażmissjoni live jinqata waqt il-ħin li l-ġurnalisti qed jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.
Nicole Borg
12:57 Semmiet li fl-ITU hemm tliet persuni kollha fuq ventilator. Qalet li hemm persuna f'kundizzjoni kritika u t-tnejn l-oħra jinsabu stabbli.
Nicole Borg
12:55 Fuq l-iskejjel, Prof. Gauci qalet li hemm bżonn li t-tfal jerġgħu jibdew l-iskola. Insistiet li hemm bżonn li kulħadd jaħdem flimkien biex ir-rata tkompli tonqos. Sostniet li fl-iskejjel wieħed irid jiftakar li se jkun hemm il-miżuri u linji gwida fis-seħħ. Qalet li dawn huma kollha prinċipji bażiċi:

– social distancing (grupp flimkien)
– passi bażiċi ta' iġjene għat-tfal

Qalet li nhar it-Tnejn il-WHO u l-Ministeru għas-Saħħa u għall-Edukazzjoni se jkunu qed jitkellmu dwar il-linjigwida.
Nicole Borg
12:54 Irrimarkat li għad hemm immigranti oħrajn li ddaħħlu minn dgħajjes oħra li għadhom pożittivi.
Nicole Borg
12:53 Dwar l-immigranti qalet li fuq l-aħħar dgħajsa nstabu żewġ każijiet pożittivi. Qalet li b'hekk dawk kollha li daħlu fuq dik id-dgħajsa għadhom fi kwarantina.
Nicole Borg
12:52 Prof. Gauci qalet s'issa ħadd għadu ma nstabu pożittivi għat-tieni darba. Qalet li l-maġġoranza tal-każijiet ma jkunux infettati mill-ġdid wara li fiqu.
Nicole Borg
12:50 Prof. Gauci qalet li r-rata ta' pożittività f'Malta hija fit-12 il-pożizzjoni u qalet li r-rata hija 1.8.
Nicole Borg
12:49 Jibdew jistaqsu l-ġurnalisti.
Nicole Borg
12:49 Prof. Gauci qed tagħti l-informazzjoni li smajna diġà bl-Ingliż għal dawk li ma jifhmux il-Malti.
Nicole Borg
12:46 Prof. Gauci appellat lil dawk kollha li għandhom is-sintomi biex ma joħroġux mid-dar, iċemplu fuq 111 u jagħmlu swab test. Qalet li fi żmien 24 siegħa qed jagħtu appuntament. Qalet li ħadd ma għandu joħroġ jekk ikun għadu ma rċeviex ir-riżultat negattiv. Qalet li dawk li jkollhom is-sintomi u jirriżulta negattiv xorta waħda, għandhom joqgħodu d-dar sakemm is-sintomi jgħaddulhom.
Nicole Borg
12:45 Qalet min-12pm illum persuni li ġejjin mill-pajjiżi fil-lista l-oranġjo jridu juru test negattiv tal-coronavirus. Qalet li fl-ajruport hemm set-up fejn l-ittestjar qed isir fl-ajruport stess, fejn xi persuni minn kull titjira qed jiġu ttestjati.

Qalet li sal-lum saru 99 test u sabu diġà tliet persuni pożittivi. Sostniet li din il-miżura qed tħalli l-effett tagħha.
Nicole Borg
12:43 Irrimarkat li l-użu tal-maskri huwa importanti ħafna. Qalet li l-WHO ħarġet pariri biex it-tfal jilbsu l-maskri la jiftħu l-iskejjel għax ir-rata ta' trażmissjoni titnaqqas.
Nicole Borg
12:42 Semmiet li mil-lum, ma jistgħux isiru aktar avvenimenti bin-nies bilwieqfa. Qalet li mil-lum, avvenimenti bħat-tiġijiet iridu jsiru bilfors bin-nies bilqiegħda.
Nicole Borg
12:41 Tkellmet dwar il-miżuri tad-distanza soċjali, u qalet li l-avvenimenti fejn se jkun hemm aktar minn 100 persuna fuq ġewwa, wieħed irid jgħaddi l-proġett minn risk assessment u jinħareġ permess jekk ikun hemm il-passi tal-mitigazzjoni kollha fis-seħħ.
Nicole Borg
12:41 Tkellmet dwar iż-żieda tal-hubs fejn isir l-iswabbing. Qalet li l-miżuri li ħadu jidher li qed ikun hemm impatt bihom. Sostniet li huwa importanti li kulħadd isegwi l-miżuri.
Nicole Borg
12:40 L-età medja tal-persuni pożittivi għall-virus hija ta' 40 sena.
Nicole Borg
12:39 Dwar l-età tal-persuni, Prof. Gauci qalet li l-maġġorparti tal-każi huma ta' persuni bejn 35 u 44 sena. Qalet li f'ċertu etajiet qed ikun hemm żieda fil-każi, partikolarment dawk li huma aktar anzjani.

Appellat biex il-pubbliku jipproteġu lil dawk li huma aktar avvanzati fl-età. Qalet li jekk xi ħadd irid jagħmel eżerċizzju għandu joħroġ f'ħinijiet u jmur postijiet fejn ma jkunx hemm ħafna nies.
Nicole Borg
12:38 Qalet li meta jkun hemm każ pożittiv, jibqa' jingħata kura anke jekk ikun fid-dar u jibqgħu jsirulu testijiet biex wieħed ikun jaf jekk dawn il-persuni hux qed ifiqu jew le.
Nicole Borg
12:36 Semmiet li fil-post tax-xogħol qed ikun hemm ħafna każijiet li huma relatati. Qalet li jkollok persuna li tinstab pożittiva b'mod sporadiku. Qalet li mbagħad wieħed jibda jagħmel testijiet fuq persuni kollegi tagħhom u jinstabu persuni oħra pożittivi.

Appellat biex kulħadd jevita kuntatt żejjed ma' persuni oħra fuq il-post tax-xogħol, l-użu tal-maskra u tal-ħasil tal-idejn.
Nicole Borg
12:31 Prof. Gauci qed tagħti spjegazzjoni dwar il-clusters.
Nicole Borg
12:30 Semmiet kif fl-aħħar jiem, aktar miżuri kienu implimentati biex is-sitwazzjoni tibqa' stabbli.
Nicole Borg
12:30 Prof. Gauci qalet li s-sitwazzjoni għadha mhix waħda li xi ħadd jista' jbassarha, imma qed issir aktar stabbli.
Nicole Borg
12:30 Qalet li 65 pazjent ieħor fiqu mill-virus.
Nicole Borg
12:29 Prof. ħabbret li fl-aħħar 24 siegħa nstabu total ta' 32 każ ta' coronavirus.
Nicole Borg
12:24 Skont l-infografika li ħarġet il-Ħamis, in-numru ta' każi ġodda tal-coronavirus kien ta' 37 u 44 pazjenti oħra fiqu.
Nicole Borg
12:20 Il-konferenza tal-aħbarijiet mistennija tibda fin-12.30pm.
Nicole Borg
12:19 Nilqgħukom għal dan il-live blogg.
Nicole Borg
12:18 Wara nofsinhar it-tajjeb.
Nicole Borg

Ir-rata tal-firxa tal-coronavirus fl-aħħar żmien kienet waħda għolja. Skont assoċjazzjonijiet tat-tobba, Malta issa għandha t-tieni l-ogħla rata ta’ każi ġodda kuljum fl-Unjoni Ewropea abbażi tal-aħħar 14-il jum.

Illum ġew irreġistrati 32 każ pożittiv ġdid ta’ coronavirus filwaqt li 65 persuna fiequ mill-virus. B’kollox fl-aħħar 24 siegħa saru 2,109 swab tests. Din l-informazzjoni ngħatat fl-istatistika li ta’ kuljum il-Ministeru għas-Saħħa jippubblika fuq il-paġna ta’ Facebook.