Filmat: 7 jfiqu; 14-il każ ġdid tal-coronavirus

  • Ifiqu 7 persuni oħra
  • 14-il każ ġdid tal-coronavirus
  • 7 każi ġodda kienu sporadiċi, li żviluppaw mill-komunità u m’hemmx ħjiel tas-sors tagħhom
  • 4 minn dawn il-każi l-ġodda huma healthcare workers, fosthom wieħed f’San Vinċenz De Paul

Is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci ħabbret li seba’ persuni oħrajn li fiequ bit-total jitla’ għal 443. Saru 1,321 test u minnhom ħarġu 14-il każ pożittiv. B’hekk issa fil-pajjiż instabu total ta’ 522 każ pożittiv.

Fost il-każi ġodda hemm healthcare worker li jaħdem f’San Vinċenz de Paul u għaddejjin b’contact tracing tal-pazjenti u tal-istaff.

Kien hemm raġel ieħor li kien qed jiġi rikoverat fl-Isptar Karin Grech u nstab permezz ta’ random testing. Raġel ieħor rikoverat fl-Isptar Karin Grech li huwa Malti ta’ 84 sena li ma kellu l-ebda sintomi u nstab pożittiv.

Mara Maltija ta’ 37 sena li kienet f’kuntatt ma’ healthcare worker. Hi qed tinżamm fi kwarantina.

Kien hemm ukoll raġel Malti ta’ 28 sena li huwa wkoll healthcare worker fil-ward investigata fl-Isptar Mater Dei. Hu kellu kuntatt ma’ każ pożittiv u b’hekk kien fi kwarantina. Mara Maltija ta’ 49 sena li hija wkoll healthcare worker. Hi kellha kuntatt fl-istess sala. Raġel Malti ieħor healthcare worker fl-istess sala.

Ifeġġu aktar każijiet fil-komunità

Seba’ mill-każijiet li baqa’ kienu każijiet sporadiċi. Qalet li dawn ġew mill-komunità.

  • Raġel Taljan ta’ 44 sena u mar l-emerġenza b’uġigħ ta’ żaqq u sarlu t-testing. Qalet li hu ħareġ pożittiv u qed isir il-contact tracing.
  • Hemm raġel Malti ta’ 24 sena, bħalissa qed isir contact tracing ta’ fejn kien jaħdem.
  • Raġel Malti ta’ 33 sena li ma kellu l-ebda sintomi imma ried jerġa’ jagħmel it-test.
  • Mara ta’ 27 sena mill-Maċedonja li kellha sintomi, hi ma kinitx taħdem u kienet tgħix waħedha iżda kellha kuntat ma’ xi ħbieb.
  • Raġel ieħor li ma kienx qed jaħdem.
  • Mara Maltija ta’ 32 sena li marret l-emerġenza għal kundizzjoni oħra, ma kellhiex sintomi.
  • Raġel Malti ta’ 31 sena li ma kellu l-ebda sintomi, hu vulenrabbli u qed jinżamm fl-Isptar Mater Dei.

Jistaqsu l-ġurnalisti…

Dwar il-healthcare workers Prof. Gauci qalet li dawn qiegħdin fil-komunità. Qalet li ħafna minn dawn il-każijiet qed jinqabdu permezz ta’ studju rigoruż fuq il-healthcare workers mhux biss fuq dawk li għandhom is-sintomi, imma jkun hemm random testing fuq dawk li m’għandhomx sintomi. Qalet li l-miżuri ta’ infection control huma importanti ħafna fl-isptarijiet u b’hekk dawn, meta jkunu f’żoni kliniċi jkunu jridu jilbsu l-maskri u l-visors.

Dwar jekk hux qed isiru testijiet fuq is-sistemi tal-ventilations fl-Isptar Mater Dei, Prof. Gauci qalet li qed isir maintenance regolari. Dwar il-ward tal-ENT, qalet li meta saru jafu li kien hemm każijiet hemm, il-pubbliku kien infurmat. Qalet li minn hemm għamlu contact tracing tal-pazjenti, healthcare workers u staff fil-ward tqiegħdu fi kwarantina. Qalet li minn dawn li qed jirrappurtaw mill-istess ward, kien hemm minnhom li kienu pożittivi imma kien hemm minnhom fi kwarantina.

Dwar ħaddiema tal-Gvern li qed jintalbu jerġgħu jibdew jaħdmu fl-uffiċini, Prof. Gauci qalet li ladarba kien hemm il-firxa fil-komunità, huwa importanti li n-nies ma joħorġux mid-dar biex titnaqqas il-firxa. Qalet li dan kien fiż-żmien meta l-każijiet kienu ħafna u frekwenti. Appellat biex kull min jista’ jħalli lill-impjegati jaħdmu bit-teleworking jaraw li jagħmlu dan.

Dwar il-healthcare worker, Prof. Gauci qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-ħidma għadha għaddejja biex jinstab min ġie f’kuntatt mal-healthcare worker. Hi ma kkonfermatx f’liema ward kien jaħdem dan il-healthcare worker u lanqas kemm il-ġurnata kien ilu jaħdem qabel ma nstab pożittiv.

Dwar jekk in-numri jerġgħu jikbru, Prof. Gauci spjegat li rridu niftakru li Malta n-numri huma pjuttost żgħar. Qalet li huma ma jarawx biss spike wieħed, qalet li meta jħarsu lejn in-numru ta’ każijiet li jkollhom u kif dawn jimpattaw fuq il-miżuri rilaxxati.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn