Filmat: 5 każi ġodda

Read in English.

Covid-19 – Press Briefing 30-3-2020

Covid-19 – Press Briefing 30-3-2020

Posted by Health Promotion and Disease Prevention Directorate on Monday, March 30, 2020

F’Malta ġew reġistrati 5 każi ġodda ta’ coronavirus.

Dan ifisser li b’kollox ġew reġistrati 156 każi, skont l-awtoritajiet tas-saħħa. Minnhom hemm tliet każi f’Għawdex.

Coronavirus Malta -30.03.20

Fejn qed jinżammu l-pazjenti?

  • 5 fl-Infectious Diseases Unit (IDU)
  • 17 fl-Isptar San Tumas
  • 4 fl-ITU
  • Il-kumplament qed jinżammu fid-dar

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci qalet li tlieta mill-każijiet kienu relatati mas-safar. Tnejn kienu riżultat ta’ trażmissjoni lokali.

Prof. Gauci qalet dan f’konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus.

Spjegat li l-laboratorji ta’ Mater Dei jistgħu jipproċessaw sa 700 swab kuljum.

Ġenituri jistgħu jibqgħu mat-tfal l-isptar?

Il-Prof. Charmaine Gauci qalet li l-ġenituri tat-tfal li jkunu morda bil-COVID-19 qed jingħataw iċ-ċans li joqgħodu mat-tfal jekk dawn jidħlu l-isptar. Jekk il-ġenituri ma jkunux pożittivi wkoll għall-virus qed jintalbu jilbsu maskra.

Hemm każijiet fejn it-tfal iżżammew id-dar.

Wara li jsirlek it-test, ibqa’ ġewwa – Prof. Gauci

Prof. Charmaine Gauci appellat ukoll lin-nies li jagħmlu t-test għall-COVID-19 biex jibqgħu ġewwa sakemm joħroġilhom riżultat. Jekk ikollhom riżultat negattiv, għandhom jibqgħu d-dar ukoll għax xorta jkollhom xi sintomi ta’ mard ieħor.

Vulnerabbli u ma rċivejtx ittra?

Il-Prof. Gauci qalet ukoll li hemm nies li jħossu li huma persuni vulnerabbli imma li ma rċevewx ittra mill-Gvern. Qalet li minn iħoss li qiegħed f’dan il-grupp ta’ riskju jista’ jibgħat imejl fuq covid19.vulnerable@gov.mt. Flimkien mal-imejl wieħed għandu jehmeż kopja tal-karta s-safra. Min m’għandux aċċess għall-imejls jista’ jċempel 111.

Liema huma l-każi l-ġodda?

Malti ta’ 30 sena li siefer il-Messiku u ġie lura fid-19 ta’ Marzu. Beda bis-sintomi dakinhar stess. Kellu uġigħ ta’ ras u ma setax ixomm u jtiegħem l-affarijiet. Hu kien qiegħed fi kwarantina.

Mara Maltija ta’ 64 sena li marret l-Ingilterra. Fl-24 ta’ Marzu ma bdietx ixxomm.

Professjonist fil-qasam tas-saħħa ta’ 30 sena li kien l-Ingilterra. Fit-12 ta’ Marzu beda sintomi b’uġigħ fi griżmejh u ma bediex ixomm. Dan ma kienx fi kwarantina u mar għax-xogħol. Qed isir contact tracing.

Mara Maltija ta’ 35 sena li fis-27 ta’ Marzu kella s-sogħla, qtugħ tan-nifs, u uġigħ fil-griżmejn. Hi ma kinitx xogħol. Kellha kuntatt ma’ żewġ qraba tagħha li għandom xi sintomi ta’ mard. Qed isiru testijiet fuqhom. Dan kien każ ta’ trażmissjoni lokali.

Mara Maltija ta’ 44 sena li ma kinitx imsiefra. Fit-22 ta’ Marzu ma bdietx ittiegħem. Kienet marret ix-xogħol u qed isir contact tracing.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn