Filmat: 2 każi ġodda; ifiqu 4

Read in English.

Covid-19 – Press Briefing 27-4-2020

Covid-19 – Press Briefing 27-4-2020

Posted by Health Promotion and Disease Prevention Directorate on Monday, April 27, 2020

Malta reġistrat 2 każi ġodda ta’ coronavirus. Fiequ wkoll erba’ persuni ġodda.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus.

Spjegat li lbieraħ saru mas-700 test għall-COVID-19. B’hekk f’Malta s’issa kien hawn 450 każ.

Prof. Gauci qalet li Malta se ssaħħaħ l-istrateġija tat-testing. Se jsiru testijiet fuq postijiet tax-xogħol fejn ikun hemm għadd ta’ nies miġbura flimkien.

Minkejja n-numru żgħir ta’ każi ġodda, il-Professur appellat lin-nies biex jibqgħu jżommu d-distanza minn xulxin.

Mistoqsija dwar l-użu tal-maskri, il-Prof. Gauci qalet li m’hemmx lok għall-użu ta’ maskri f’Malta fil-pubbliku.

Liema huma l-każi l-ġodda?

  • Raġel ta’ 40 sena li kien f’kuntatt ma’ każ magħruf ieħor fuq il-post tax-xogħol
  • Raġel ta’ 68 sena li beda bis-sintomi ta’ deni fil-25 ta’ April

Min fieq?

  • 2 persuni taħt l-10 snin
  • 2 persuni bejn it-30 u d-39 sena

Ilbieraħ il-President George Vella laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li għall-ewwel darba lbieraħ Malta ma kellha l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus. Fi stqarrija, il-President ta’ Malta saħaq li dan ma jfissirx li l-COVID-19 waqfet tattakka, imma jfisser li l-miżuri li ttieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa, u l-mod kif sa issa kkopera l-pubbliku, b’ħafna sagrifiċċji personali, jidhru li qed jaħdmu u jħallu r-riżultati mixtieqa.

Intant iċ-Ċina tat donazzjoni ta’ 500 maskla lill-Korp tal-Pulizija.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn