Filmat: Jinstab każ wieħed; 39 ifiqu

Read in English.

F’Malta ġie reġistrat każ wieħed biss tal-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa. Illum fiequ 39 persuna oħra.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci. Mistoqsija mill-ġurnalisti dwar ir-reproduction number, hi qalet li dan issa niżel taħt il-wieħed.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 641 test.

Newsbook.com.mt staqsa lill-Prof. Gauci dwar liema miżuri speċifikament li daħlu fis-seħħ b’rabta mal-COVID-19 se jitneħħew l-ewwel. Prof. Gauci ma qalitx liema miżura se titneħħa l-ewwel. Qalet li qed issir analiżi fuq l-istrateġija ta’ Malta.

Fil-Ġermanja l-Gvern issa qed jitlob lin-nies jilbsu l-maskri meta joħorġu barra. Newsbook.com.mt staqsa lill-Prof. Gauci dwar fejn waslet l-analiżi ta’ Malta dwar l-użu tal-maskri fil-pubbliku. Mingħajr ma qalet f’liema stadju waslet din l-analiżi, il-Prof. Gauci qalet li din għadha għaddejja.

X’każ ġie reġistrat illum?

Il-każ tal-lum kien ta’ raġel ta’ 31 sena. Dan ma kellux sintomi.

Min kienu li fiequ?

  • 0-9: 3
  • 10-14: 1
  • 20-29: 4
  • 30-39: 9
  • 40-49: 7
  • 50-59: 5
  • 60-69: 5
  • 70-79: 2
  • 80-89: 3

Dalgħodu l-Ministru Michael Falzon qal li l-Gvern se jkun qed jinvestiga allegazzjonijiet li saru dwar il-lukanda Downtown f’Għawdex. Mas-70 anzjan inġiebu f’dan il-post biex jagħmu aktar spazzju l-isptar ta’ Għawdex għall-pazjenti tal-COVID-19.