Filmat: 12-il każ ġdid, ifiqu 24

F’Malta ġew reġistrati 12-il każ ġdid ta’ coronavirus. Tħabbar ukoll li llum fiequ 24 persuna oħra.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Prof. Charmaine Gauci ħabbret dan f’konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus f’Malta.

Qalet li l-awtoritajiet qed jikkuntattjaw dawk il-persuni li kellhom appuntament għal swab test imma li ma jkunux marru għalih.

Il-Prof. Gauci qalet li t-test għall-COVID-19 ma nbidilx, però qalet li hemm tip ta’ swabs differenti. Mistoqsija mill-ġurnalisti dwar ir-rata ta’ false negatives, Gauci ma tatx statistika dwar dan.

Mistoqsija dwar il-kollaborazzjoni internazzjonali, Prof. Gauci qalet li Malta tgħaddi ċertu informazzjoni dwar il-każi lokali lill-ECDC.

Spjegat li qed issir il-validazzjoni tat-testijiet għall-COVID-19 permezz ta’ test tad-demm li janalizza l-antibodies.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika tenniet l-appell tagħha biex kemm jista’ jkun min iħaddem iħalli lill-ħaddiema tiegħu jaħdmu mid-dar.

Liema huma l-każi l-ġodda?

  • Cluster ta’ 3 persuni – Raġel ta’ 34 sena, raġel ta’ 32 sena, u mara ta’ 62 sena
  • 2 persuni mill-istess familja – raġel ta’ 81 sena u raġel ta’ 48
  • Mara ta’ 27 sena
  • Raġel ta’ 50 sena
  • Raġel ta’ 33 sena
  • Raġel ta’ 38 sena
  • 3 residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far (Libjan ta’ 22 sena, u żewġ persuni mill-Eritrea ta’ 30 u 41 sena)

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn