Filmat: Jinstab każ wieħed; 19 ifiqu

Read in English.

Covid-19 – Press Briefing 19-4-2020

Covid-19 – Press Briefing 19-4-2020

Posted by Covid19 Malta on Sunday, April 19, 2020

Xi spikka?

  • Każ ġdid wieħed biss
  • Fiequ 19: 14-il raġel, 5 nisa
  • Jekk imorrulek is-sintomi xorta mur għall-iswab test
  • 20 test fuq ir-residenti fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far kollha negattivi

Coronavirus Malta 19.04.20

Malta rreġistrat każ wieħed ta’ coronavirus minn total ta’ 787 swab li saru fl-aħħar 24 siegħa. Dan ifisser li Malta s’issa reġistrat 427 każ. Minnhom hemm 306 attivi.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci ħabbret li nstab li fiequ 19-il persuna oħra. Dan ifisser li s’issa fiequ 118 persuna. Mid-19 li fiequ, 14 kienu rġiel filwaqt li ħamsa kienu nisa.

Prof. Gauci appellat lin-nies li jkollhom appuntament għat-testing tal-COVID-19 biex iżommuh, anke jekk iħossu li s-sintomi tagħhom ikunu marrulhom. Qalet li qed ikun hemm għadd ta’ nies li ma jmorrux għat-test li jkun skedat fi tmiem il-ġimgħa. Żiedet tgħid li lbieraħ saru 20 test fuq residenti fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far, li kollha ħarġu negattivi.

X’kien il-każ tal-lum?

Il-każ tal-lum kien ta’ mara ta’ 29 sena mis-Serbja li tgħix u taħdem Malta. Jidher li din marret ix-xogħol f’kumpanija privata meta kellha xi sintomi ta’ deni.

Min huma dawk li fiequ llum?

  • 5 li għandhom mal-20 sena
  • 4 li għandhom aktar minn 30 sena
  • 4 li għandhom aktar minn 40 sena
  • 3 fuq il-50
  • 2 fuq is-60
  • 1 fuq it-80 sena

Waħda minn dawn id-19, kienet persuna li qed tiġi rekoverata fl-isptar ta’ Għawdex.

Newsbook.com.mt staqsa lill-Prof. Gauci jekk l-awtoritajiet jafux għalfejn hemm nies li xorta qed imorru x-xogħol minkejja li jkollhom xi sintomi. Din il-mistoqsija ma ġietx imwieġba.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn