Read in English.
Malta reġistrat 6 każi ġodda ta’ coronavirus. Każ minnhom kien ta’ mara li marret ix-xogħol waqt li kellha s-sintomi f’Għawdex. Tlieta oħra ġew reġistrati fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far.
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Prof. Charmaine Gauci ħabbret dan f’konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus.
Prof. Gauci qalet li hemm għadd ta’ nies li qed ibatu fl-ansjetà. Ħeġġet lil min ikollu bżonn biex ifittex l-għajnuna professjonali fuq il-helpline 1770.
Prof. Gauci qalet li Malta għandha relazzjoni tajba ħafna mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). Żiedet tgħid li jikkomunikaw kważi kuljum ma’ esperti tal-WHO.
Mistoqsija dwar it-trabi tat-twelid, Prof. Gauci qalet li dawn huma meqjusa bħala vulnerabbli. Ommijiet ġodda li jkollhom xi sintomi għandhom iċemplu 111 mill-ewwel.
Mistoqsija mill-ġurnalisti dwar każijiet fil-Port Ħieles, Prof. Gauci kkonfermat li każ reġistrat il-ġimgħa li għaddiet kien ta’ persuna li taħdem il-Freeport.
Mistoqsija dwar rapporti ta’ għeluq ta’ fergħa ta’ bank wara li marru persuni b’dokumentazzjoni li kienet turi li huma residenti fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far, Prof. Gauci qalet li ma kellhiex rapporti dwar dan.
Liema huma l-każi tal-lum?
- Malti ta’ 21 sena li kien f’kuntatt ma’ każ pożittiv
- Mara ta’ 38 sena li taħdem bħala skrivana f’lukanda f’Għawdex. Din marret ix-xogħol bis-sintomi
- Raġel ta’ 60 sena li jaħdem mal-Gvern
- Tliet każi fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far
Ilbieraħ Malta reġistrat 9 każi ġodda.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.