Filmat: 20 każ ġdid minn 1,288 swabs

Malta reġistrat 20 każ ġdid minn 1,288 swabs li saru.

Il-Prof. Charmaine Gauci qalet li 10 każi kienu miċ-Ċentru ta’ Ħal Far filwaqt li l-10 oħra kienu każi differenti.

Prof. Gauci qalet li każ minnhom kien ta’ cleaner li taħdem fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Din għandha 31 sena. Hemm ukoll carer ta’ 30 sena li taħdem fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li ħarġet pożittiva.

Newsbook.com.mt staqsa lil Prof. Gauci dwar studju li sar fl-Istati Uniti li bassar li Malta se tilħaq il-peak f’ġimagħtejn. Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika qalet li Malta qed tuża l-mudell ta’ Hong Kong. Spjegat li l-projections jiddependu fuq ir-rata ta’ trażmissjoni bejn persuna għal oħra.

Mistoqsija mill-ġurnalisti dwar jekk hux se jissejjaħ lockdown minħabba li Malta jaf tilħaq il-peak dalwaqt, Prof. Gauci qalet li r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet isiru b’mod proporzjonali skont kif ikun qed jinfirex il-virus.

Liema huma l-każi tal-lum?

  • Cleaner fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ta’ 31 sena
  • Carer fl-Isptar ta’ Għawdex ta’ 30 sena
  • Carer fl-Isptar Karin Grech
  • Maltija ta’ 32 sena
  • Maltijta ta’ 63
  • Malti ta’ 61
  • Studenta ta’ 21 sena li żaret persuna anzjana meta kellha s-sintomi
  • Malti ta’ 33 sena li kien imsiefer. Żar għadd ta’ persuni.
  • 10 każi miċ-Ċentru ta’ Ħal Far- kollha rġiel