Read in English.
Malta reġistrat każ ġdid ta’ coronavirus. Intant fiequ wkoll tmien persuni oħra.
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci ħabbret dawn iċ-ċifri waqt li kienet qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus.
Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,006 swab tests. Malta s’issa reġistrat 490 każ. Prof. Gauci qalet li s-sitwazzjoni f’Malta hija waħda stabbli.
Il-każ il-ġdid huwa ta’ raġel Spanjol ta’ 34 sena li jaħdem Malta. Dan kien qed jaħdem bit-teleworking.
Mistoqsija minn Newsbook.com.mt dwar x’inhi d-daily testing target tal-awtoritajiet, il-Prof. Gauci qalet li qed issir medja ta’ elf test kuljum. Madanakollu ma weġbitx il-mistoqsija direttament. Qalet li ġeneralment dan in-numru jinqabeż ħlief għal xi drabi fi tmiem il-ġimgħa. Spjegat li hemm diversi raġunijiet għalfejn dan jiġri.
Żiedet tgħid li Malta trid tkompli ssaħħah l-istrateġija tagħha fejn jidħol it-testing.
Min kienu dawk li fiequ?
- 4 bejn 20-29 sena
- 3 bejn 30-39 sena
- persuna bejn 50-59 sena
Bħalissa hemm 7 pazjenti li qed jiġu rekoverati l-isptar. Erba’ minnhom qegħdin f’Boffa, tnejn fl-isptar San Tumas, u pazjent ieħor qiegħed Mater Dei.
Prof. Gauci appellat għall-użu tajjeb tal-maskri min-nies.
Mistoqsija mill-ġurnalisti dwar viżitaturi l-isptar, is-Supretendent qalet li qraba jistgħu jżuru lil dawk il-pazjenti li jkunu bil-grieżma tal-morda. Hemm xi limitazzjonijiet fuq in-numru ta’ nies li jistgħu jidħlu.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.