Filmat: Persuna tfiq u persuna oħra pożittiva għall-coronavirus

Read in English.

Persuna waħda fieqet filwaqt li persuna oħra rriżultat pożittiva għall-coronavirus. Dan tħabbar waqt l-aġġornamenti fuq il-każijiet tal-coronavirus f’Malta kif ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa. It-total ta’ swab tests li saru lbieraħ kien ta’ 1,560.

Dwar is-16-il każ, wieħed illum u 15 tal-bieraħ, il-Professur Charmaine Gauci qalet li 5 persuni kellhom is-sintomi. Spjegat li 7 każijiet instabu bil-contact tracing filwaqt li 4 persuni oħra ma kellhom l-ebda sintomi.

  • Mara Maltija ta’ 85 sena
  • Mara Maltija ta’ 70 sena
  • Mara maltija ta’ 56 sena
  • Tfajla ta’ 27 sena, li toqgħod Għawdex u dan l-aħħar ma kinitx qed tmur xogħol.
  • Raġel Malti 23 sena, jaħdem Għawdex u qed isir il-contact tracing fuq il-post tax-xogħol.
  • Raġel ta’ 59 sena
  • Raġel ta’ 38 sena
  • Raġel Malti ta’ 72 li jinsab fl-isptar Karin Grech. Kellu d-deni fid-19 ta’ Mejju u kellu kuntatt ma’ persuna oħra fl-istess ward.
  • Mara ta’ 69 sena li kienet fi kwarantina minħabba li kellha kuntatt ma’ persuna li kienet pożittiva.
  • Raġel mill-Filippini ta’ 33 sena li ma kellu l-ebda sintomi, jaħdem carer f’dar tal-anzjani. Kien fi kwarantina minħabba li kellu kuntatt ma’ carer ieħor li ħareġ pozittiv.
  • Mara Indjana ta’ 30 sena
  • Mara Maltija ta’ 71 sena li marret fl-Isptar Mater Dei għal checkup ta’ rutina
  • Raġel Malti ta’ 56 sena
  • Raġel Franċiż ta’ 59 sena li għandu ħanut tar-retail iżda żamm mal-miżuri li ġew imħabbra.
  • Mara mill-Filippini li għandha 55 sena. Taħdem bħala carer fl-isptar Karin Grech iżda mhux magħruf ma’ min kellha kuntatt.

Sitwazzjoni tal-persuni rikoverati fl-isptarijiet:

  • 8 persuni fl-Isptar Boffa
  • 6 persuni fl-Isptar St. Thomas
  • 6 persuni f’Mater Dei (4 fl-Infectious Diseases Unit u 2 f’ward oħra)
  • 5 persuni f’Karin Grech

323 healthcare worker fl-Isptar Mater Dei fuq kwarantina

Il-Professur qalet li 77 healthcare worker fl-Isptar Mater Dei huma fi kwarantina minħabba li kellhom kuntatti ma’ persuni li kellhom il-coronavirus. 246 oħra jinstabu fi kwarantina preventiva minħabba li huma stess huma nies vulnerabbli.

2 persuni jiksru l-kwarantina obbligatorja

Il-Gvern qal li f’dawn il-jumejn żewġ persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja fl-ispezzjonijiet li saru. Dan ħareg fil-bullettin li qed jinħareġ kuljum mill-Gvern dwar l-imxija tal-coronavirus f’Malta. Intqal ukoll li fl-aħħar 48 siegħa ħadd ma nstab f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali.

Ilbieraħ Malta kellha 15-il każ ġdid tal-coronavirus, u anke l-jum ta’ qabel. Ħafna minn dawn ma kellhom l-ebda sintomi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn