Qed nevalwaw erba’ każi ta’ persuni li ħadu l-virus għat-tieni darba – Prof. Gauci

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci indirizzat il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa.

Punti ewlenin:

  • 4 persuni fl-ITU b’żewġ persuni li mhux f’kundizzjoni “daqshekk stabbli”.
  • Prof. Gauci spjegat li hemm familji li jkun hemm biss persuna waħda li hija pożittiva minkejja li jgħixu flimkien.
  • L-età medja hija ta’ 45 sena fejn jidħlu każijiet ġodda.
  • Sitt persuni ngħataw kodiċi biex l-app tal-contact tracing tkun tista’ tibda tiffunzjona kif suppost. Eluf niżżlu l-app fuq il-mobile tagħhom.
  • 4 każi ta’ persuni li ħarġu pożittivi darbtejn.
  • Bħalissa r-rata ta’ mwiet hija għolja fil-pajjiż (2.2).
  • Prof. Gauci spjegat li kien hawn persuni li jaqbadhom riħ komuni bil-coronvirus.
13:25 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
13:21 Prof. Gauci qalet li kulħadd għandu jara li jieħu l-mezzi ta' prevenzjoni. Sostniet li l-ECDC ħarġet linji gwida fejn enfasizzat fuq kif l-aħjar li jiġi kkontrollat il-fażi ta' din il-pandemija. Semmiet il-protezzjoni tal-vulnerabbli u l-healthcare workers u l-frontliners. Semmiet avvenimenti fejn wieħed jevita li jkun hemm gruppi ta' persuni flimkien, l-istrateġija tat-testing u l-contact tracing u l-kwarantina.
Nicole Borg
13:18 Prof. Gauci qalet li kull każ li jkun hemm, hemm 30% li huma sporadiċi. Qalet li iżjed kemm jonqsu l-każi sporadiċi jkun aħjar. Spjegat li hemm numru ta' liġijiet li diġà qiegħdin f'posthom, imma sfortunatament mhux dejjem qed ikunu segwiti kollha. Qalet li b'hekk se jkun qed isir aktar tisħiħ għall-infurzar ta' dawn il-miżuri.
Nicole Borg
13:17 Dwar il-kinder, qalet li fil-linji gwida daħħlu l-kunċett ta' capping tan-numru ta' tfal li jkunu flimkien. Simili għaċ-childcare centres. Qalet li dan għax jifhmu li t-tfal iż-żgħar huwa aktar diffiċli li żżommhom separati.
Nicole Borg
13:16 Qalet li fuq il-maskri, l-awtoritajiet qed jirrakkomandaw b'mod sħiħ li din tintlibes. Qalet li se jkompli jsaħħu l-infurzar.
Nicole Borg
13:13 Fejn tidħol ir-rata ta' mwiet, Prof. Gauci qalet li jekk persuna għandu età aktar avvanzata, hemm aktar ċans li dan jista' jitlef ħajtu. Qalet li bħalissa r-rata ta' mwiet hija għolja (2.2).
Nicole Borg
13:12 Prof. Gauci spjegat li kien hawn persuni li jaqbadhom riħ komuni bil-coronvirus.
Nicole Borg
13:07 Dwar żviluppi ġodda tal-vaċċin, Prof. Gauci qalet li n-numru ta' vaċċini li jkun hawn bżonn Malta huwa ħafna inqas minħabba li l-popolazzjoni hija żgħira.
Nicole Borg
13:03 Prof. Gauci qalet li meta wieħed jara spike f'numru ta' każijiet li jaffettwaw persuni vulnerabbli, mela xi ġimgħat wara tara l-ispike tal-imwiet.
Nicole Borg
12:57 Dwar Dar San Ġużepp, Prof. Gauci qalet li l-każi pożittivi qed jinżammu għalihom, dawk li ġew f'kuntatt magħhom qed jitpoġġew fi kwarantina, u dawk li ħarġu negattivi qed jinżammu ġewwa.

Qalet li n-numru ta' każijiet f'din id-dar qed jonqsu. Sostniet li t-testijiet kull tliet ijiem, kull persuna qed ikollu jerġa' jagħmel it-test.
Nicole Borg
12:54 Prof. Gauci tkellmet dwar id-29 mewta. Qalet li l-protokoll kien li meta jkollok xi ħadd pożittiv, wara 14-il jum mir-riżultat pożittiv, jekk il-persuna tkun mingħajr sintomi għal tliet ijiem, jekk it-test joħroġ negattiv, mela l-persuna tkun iddikjarata mfejqa.

Qalet iżda, li f'ċertu sitwazzjonijiet jkun hemm persuni li joħroġ li jkunu fiqu, imbagħad jerġgħu joħorġu pożittivi. Qalet li dan jew ikun għadu ma fiqx, jew inkella jerġa' jiltaqa' mal-virus.

Spjegat li bħalissa hemm erba' każijiet tat-tip u qed jevalwaw x'ġara biex dawn reġgħu ħarġu pożittivi.
Nicole Borg
12:53 Jistaqsu l-ġurnalisti.
Nicole Borg
12:52 Prof. Gauci issa qed tagħti l-aġġornament tagħha bl-Ingliż għal dawk li ma jifhmux bil-Malti.
Nicole Borg
12:50 Appellat biex kulħadd iniżżel l-app. Qalet li t-teknoloġija moderna tal-lum tista' tgħin ħafna biex wieħed ikompli jsaħħaħ il-limitazzjonijiet tal-persuna.
Nicole Borg
12:49 Qalet li persuna pożittiva tingħata l-code u joħroġ messaġġ lil dawk kollha li setgħu ġew f'kuntatt miegħu. Il-persuni li jirċievu dan il-messaġġ isir magħhom ir-risk assessment. Insistiet li hemm privatezza sħiħa, u ħadd mhu se jkun jaf min huma l-każi pożittivi.
Nicole Borg
12:48 Hi tkellmet dwar il-contact tracing app u qalet li din tgħin ħafna lill-awtoritajiet tas-saħħa. Minn android saru aktar minn 43,000 tniżżil tagħha u fuq Apple tniżżlet l-app aktar minn 16,000 darba.

Spjegat li sitt persuni ngħataw il-code.
Nicole Borg
12:46 Talbet biex il-pubbliku jiftakar fl-anzjani li jinsabu fil-komunità. Spjegat li filwaqt li kien hemm imwiet li saru minħabba persuni li kienu fid-djar tal-anzjani, hemm ukoll persuni li ħarġu pożittivi mill-komunità.
Nicole Borg
12:46 Tkellmet ukoll dwar il-pajjiżi fuq il-lista oranġjo, u spjegat li m'hemmx żieda jew tnaqqis tal-pajjiżi fuqhom.
Nicole Borg
12:45 Spjegat li l-użu tal-maskri qed inaqqas il-firxa tal-virus. Talbet biex il-maskra tintlibes il-ħin kollu.
Nicole Borg
12:44 Insistiet li d-distanza soċjali hija importanti.
Nicole Borg
12:44 L-età medja hija ta' 45 sena fejn jidħlu każijiet ġodda.
Nicole Borg
12:43 L-imwiet li kellna huma kollha f'nies anzjani.
Nicole Borg
12:42 Spjegat li fejn jidħol Għawdex, hemm ħames każijiet li huma attivi. Qalet li għad hemm sitwazzjoni fejn nies li huma aktar avvanzati fl-età qed jiġu affettwati.
Nicole Borg
12:41 Spjegat li l-clusters l-oħrajn jinkludu avvenimenti soċjali żgħar fejn kien hemm 11-il persuna matul din il-ġimgħa. Qalet ukoll li kien hemm każijiet relatati ma' post tax-xogħol, entertainment u oħrajn.
Nicole Borg
12:41 Qalet li huwa importanti li kuntatti diretti jżommu kwarantina.
Nicole Borg
12:40 Qalet li fejn jidħlu l-clusters, jidher li dawn huma l-aktar relatati fejn jidħlu każi fil-familji. Qalet li jkollok nies li qed jgħixu fl-istess familja u ma jimirdux għax ikunu qed jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji. Spjegat li hemm familji li jkun hemm biss persuna waħda li hija pożittiva.
Nicole Borg
12:39 Irrimarkat li fil-pajjiż kien hemm peak fil-wave, u issa l-medja tal-każijiet reġa' qed jonqos. Qalet iżda li din is-sitwazzjoni hija flessibbli ħafna. Qalet li iżjed kemm wieħed joqrob lejn l-istaġun tal-influwenza jista' jkun hemm żieda.
Nicole Borg
12:38 Irrimarkat li fl-aħħar ġranet, it-total ta' każijiet fid-djar tal-anzjani naqas. Dan hekk kif issa qe djiġu kkonrollati aħjar.
Nicole Borg
12:38 Qalet li fl-IDU hemm 6 persuni, 8 persuni f'warda oħra f'Mater Dei, 4 fl-ITU b'żewġ persuni li mhux f'kundizzjoni "daqshekk stabbli".
Nicole Borg
12:37 Spjegat li fiqu 70 persuna.
Nicole Borg
12:37 Prof. Gauci qalet li saru 2,545 swab test u minnhom ħarġu 31 persuna.
Nicole Borg
12:36 Prof Charmaine Gauci ħabbret id-29 mewta – raġel ta' 90 sena li kien qed jingħata l-kura fl-IDU u kemm fi Sptar San Tumas. Hu miet dalgħodu.
Nicole Borg

Ftit tal-ħin ilu l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar id-29 mewt ta’ Covid-19 f’Malta.

Il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru:
Imut anzjan ieħor bil-Covid-19