Filmat: 3 pazjenti l-ITU bil-coronavirus; 4 fis-Sala tal-Mard Infettiv

COVID-19 - Media Briefing - 21-08-2020

COVID-19 - Media Briefing - 21-08-2020

Posted by MaltaGov on Friday, August 21, 2020

Erba’ pazjenti qed jingħataw kura għall-coronavirus fit-Taqsima tal-Mard Infettiv fl-Isptar Mater Dei, filwaqt li hemm tlieta oħra fis-Sala tal-Kura Intensiva (ITU).

Dan ħabbritu s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci fil-konferenza stampa li tagħmel kull nhar ta’ Ġimgħa bl-aħħar aġġornamenti fuq il-coronavirus.

Prof. Charmaine Gauci bdiet il-konferenza tal-lum billi semmiet l-10 mewta li kellha Malta bil-coronavirus, imħabbra dalgħodu, dik ta’ raġel ta’ 72 sena li kellu kundizzjonijiet mediċi oħrajn. Huwa ma kienx f’dar tal-anzjani u ma kienx qed jikseb kura għall-kanċer, għall-kuntrarju ta’ li qalu xi rapporti.

L-10 mewta tal-coronavirus f’Malta
Imut anzjan pożittiv għall-coronavirus

Minn fejn ġejjin il-każijiet?

Illum tħabbru 36 każ ġdid, filwaqt li fiequ 52 persuna, u b’hekk l-għadd ta’ każijiet attivi niżel kemxejn, għal 682. L-R Factor għadu taħt it-2.

Prof. Gauci preżentat grafika li tindika l-każijiet attivi minn fejn ġejjin. Il-każijiet kurrenti huma dawn:

  • Paceville u klabbs: 58 każ u 18 din il-ġimgħa
  • Familji:  29 każ u 54 din il-ġimgħa
  • Monte Karmeli: 12-il każ u 22 din il-ġimgħa
  • Attivitajiet: 23 każ
  • Djar tal-anzjani: 5 każijiet u 10 din il-ġimgħa
  • Il-party fil-hotel: 20 każ
  • Fuq xogħol: 12-il każ u 14 din il-ġimgħa
  • Il-festa ta’ Santa Venera: 34 każ

Jidher li l-każijiet tal-coronavirus huma aktar komuni fost l-irġiel, u l-età medja din il-ġimgħa hija dik ta’ 38 sena.

Id-dettalji fuq il-każijiet il-ġodda
36 każ ġdid; ifiqu 52 persuna

Jistaqsu l-ġurnalisti

Newsbook.com.mt staqsa lil Prof. Gauci x’inhu l-protokoll jekk persuna fuq cruiseliner tinstab pożittiva għall-coronavirus, billi dalgħodu wasal l-ewwel cruiseliner f’Malta minn Marzu ‘l hawn.

Hija wieġbet li d-deċiżjoni hi li n-nies abbord ma jitħallewx jinżlu Malta, imma l-cruiseliner jingħata l-assistenza medika meħtieġa li jkollu bżonn.

Mistoqsija mill-ġurnalisti, Prof. Gauci qalet li għall-influwenza jeżisti vaċċin, jiġifieri tal-anqas din tista’ tiġi kkontrollata b’dal-mod.

Rigward l-iskejjel, Prof. Gauci qalet li s-sitazzjoni għadha qed tiġi evalwata sabiex jiġi deċiż jekk jistgħux jiftħu jew le, iżda l-awtoritajiet jixtiequ li jiftħuhom. Prof. Gauci qalet li kemm jista’ jkun, in-nies għandhom jaħdmu mid-dar, iżda fejn dan ma jkunx possibbli għandhom jiġu introdotti miżuri ta’ mitigazzjoni.

Il-118-il immigrant li ddaħħlu Malta lbieraħ se jsirilhom swab test għada, billi l-awtoritajiet iħallu xi ġranet jgħaddu. Dawn tqiegħdu f’iżolament.

L-immigranti li ddaħħlu lbieraħ
Filmat: 118-il immigrant salvati mill-AFM