Filmat: Pazjent kritiku fl-ITU; 10 każi ġodda

Read in English.

Covid-19 – Press Briefing 28-3-2020

Covid-19 – Press Briefing 28-3-2020

Posted by Covid19 Malta on Saturday, 28 March 2020

Raġel ta’ 72 sena jinsab f’kundizzjoni kritika fl-ITU fuq il-ventilator, skont il-Prof. Charmaine Gauci.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar ġurnata ġew reġistrati 10 każi ġodda. Saru wkoll 467 swab tests.

  • Mara ta’ 40 sena
  • Raġel ta’ 41 sena
  • Raġel ta’ 47 sena
  • Raġel ta’ 59 sena
  • Raġel ta’ 30 sena
  • Mara ta’ 34 sena
  • Raġel ta’ 36 sena
  • Raġel ta’ 36 sena
  • Raġel ta’ 31 sena

B’hekk f’Malta s’issa ġew reġistrati 149 każi. B’kollox hemm tliet pazjenti fl-ITU – raġel ta’ 61 sena, mara ta’ 60 sena, u raġel ta’ 72 sena. L-ewwel żewġ pazjenti huma f’kundizzjoni stabbli. Il-pazjent ta’ 72 qiegħed f’kundizzjoni kritika u ġie intubated.

Coronavirus Malta -28.03.20

Prof. Gauci ċċarat ukoll l-aħħar miżuri li tħabbru b’rabta ma’ dawk li għandhom aktar minn 65 sena u dawk b’mard kroniku. Spjegat li idealment dawn ma joħorġux sakemm ma jkunx hemm verament bżonn. Qalet ukoll li l-istess japplika għal dawk li jgħixu magħhom – però dawk li jgħixu magħhom jistgħu jmorru għax-xogħol jekk ma jkunx hemm mezz ieħor.

Mill-każi l-ġodda, sitta huma relatati ma’ safar filwaqt li erba’ huma riżultat ta’ trażmissjoni lokali.

Liema huma l-każi l-ġodda?

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn