Filmat: Prof. Gauci tħabbar 2 imwiet oħra bil-Covid-19

COVID-19 - Media Briefing - 20-11-2020

COVID-19 - Media Briefing - 20-11-2020

Posted by saħħa on Friday, November 20, 2020

Is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci ħabbret żewġ imwiet oħra ta’ Covid-19. Dan ħabbritu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tagħha għal din il-ġimgħa.

Punti ewlenin tal-konferenza tal-lum

  • 2 imwiet oħra bil-Covid-19: 2 anzjani nisa
  • Fl-aħħar ġimgħa f’Malta mietu 16-il persuna bil-Coronavirus
  • Fl-isptarijiet f’Malta u Għawdex hemm 203 persuna bil-Covid-19
  • Il-każi telgħin ‘il fuq
  • 13-il każ impurtat mill-ajruport f’ġimgħa
  • F’Għawdex hemm 59 persuna infettat bil-Covid-19
  • 184 anzjan/a fid-djar tal-anzjani pożittivi għall-coronavirus
  • Mill-ħabs hemm 2 priġunieri u 4 uffiċjali pożittivi bil-Covid-19
  • Irridu nibqgħu għaddejjin bil-miżuri fil-Milied ukoll
  • L-akbar ammont ta’ każijiet din il-ġimgħa kienu fost dawk bejn il-25 u 44 sena
13:14 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
13:13 L-aġġornament ta' din il-ġimgħa jintemm hawn.
Nicole Borg
13:11 Hi sostniet li ma tħossx li hemm bżonn li l-vaċċin ikun xi ħaġa mandatorja għal persuni li jkunu jridu jkomplu ħajjithom kif kienet qabel il-pandemija. Qalet li temmen li l-pubbliku kapaċi jifhem li t-teħid tal-vaċċin huwa xi ħaġa ta' ġid għalih.
Nicole Borg
13:09 Dwar l-app, Prof. Gauci sostniet li wieħed irid iħares lejn id-digital age u t-tip ta' smartphone li jkollu dak li jkun, Qalet li tixtieq li jkun hemm aktar persuni li jniżżlu din l-app. Spjegat li iktar importanti li jekk persuna tkun pożittiva, jdaħħal il-code fl-app tiegħu biex jintbagħat alert lil persuni oħrajn li setgħu ġew f'kuntatt magħhom.
Nicole Borg
13:04 Prof. Gauci qalet li ma nistgħux nistennew li l-vaċċin se jkun disponibbli mill-ewwel għal kulħadd madwar id-dinja kollha malli jiġi lliċenzjat. Sostniet li l-prijorità dejjem tingħata lill-persuni l-aktar vulnerabbli u mbagħad dejjem jimxu bilmod sabiex kulħadd jieħu l-vaċċin.
Nicole Borg
13:00 Dwar il-ħabs hemm żewġ residenti li jinsabu pożittivi għall-coronavirus. Hemm ukoll erba' impjegati tal-ħabs pożittivi li jinsabu rikoverati d-dar.
Nicole Borg
12:59 Fejn jidħlu l-imwiet, Prof. Gauci qalet li m'hemmx għalfejn tgħaddi informazzjoni dwar kundizzjonijiet mediċi li qed ikollhom il-persuni li jmutu bil-coronavirus.
Nicole Borg
12:59 Il-Milied jista' jkun iċċelebrat jekk ma tkun qed tpoġġi lil ħadd f'riskju, qalet Prof. Gauci.
Nicole Borg
12:57 Dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied, Prof. Gauci qalet li dan se jkun Milied differenti. Sostniet li dejjem irridu niftakru fl-anzjani u vulnerabbli. Qalet li l-miżuri rridu nibqgħu għaddejjin bihom fil-Milied ukoll għax għad hemm trażmissjoni fis-soċjetà.
Nicole Borg
12:55 Fejn jidħol il-vaċċin, Prof. Gauci qalet li dawn qed jaħdmu tajjeb fuq persuni anzjani. Qalet li l-għan prinċipali tat-tilqim huwa li tevita l-imwiet. Ma kkonfermatx jekk il-vaċċin hux se jkun disponibbli għal Malta sal-aħħar tas-sena. Iżda fakkret li Malta hija parti mill-public procurement Ewropew.
Nicole Borg
12:52 Fejn jidħlu d-djar tal-anzjani, Prof. Gauci qalet li qed isir testing kemm fi djar li ma fihomx każijiet u anke fejn hemm każijiet. Bħalissa hemm:

– Dar Pinto: 74 każ attiv
– Golden Care: 39 każ attiv
– Zammit Clapp: 25 każ attiv
– Casa Poala: 26 każ attiv
– San Lawrenz: 7 każ attiv
– San Vinċenz de Paul: 13 każ attiv
Nicole Borg
12:49 Persuni li jrabbu annimali fid-djar jew għandhom irziezet fejn iridu jgħallfu l-annimali tagħhom, jekk jinsabu pożittivi jew fi kwarantina, ma jistgħux joħorġu mid-dar. Sostniet li huwa importanti li ma jkunx hemm eżenzjonijiet għall-ebda raġuni. Spjegat li kien hemm każijiet tat-tip u dawn il-persuni kienu nkoraġġuti jsibu lil xi qarib min jgħinhom jew jitkellmu mal-Ministeru konċernat.
Nicole Borg
12:49 Jibdew jistaqsu l-ġurnalisti.
Nicole Borg
12:47 Aktar minn 84,000 persuna niżżlu l-app tal-contact tracing.
Nicole Borg
12:47 Prof. Gauci qalet li saru 610 testijiet u minnhom inqabdu 13-il każ pożittiv.
Nicole Borg
12:46 Qalet li minn din il-ġimgħa beda jsir ir-rapid testing fl-ajruport.
Nicole Borg
12:45 Qalet li rridu niftakru li meta nkunu qed insegwu l-miżuri nkunu qed nipproteġu lilna nfusna u lil ħaddieħor.
Nicole Borg
12:44 Fakkret fil-liġi li tgħid li gruppi fil-pubbliku ma jistgħux ikunu ta' iktar minn sitta.
Nicole Borg
12:43 Prof. Gauci qalet li l-ittestjar fil-pajjiż qed isir b'aktar frekwenza u reqqa, partikolarment bil-ftuħ ta' aktar hubs.
Nicole Borg
12:42 Spjegat li meta l-pubbliku jkun se joħroġ u jiltaqa' ma' xi ħadd għandu jara li jimxi mar-regoli tal-coronavirus u l-istabbilimenti li jiffrekwenta jkunu wkoll qed isegwu l-miżuri.
Nicole Borg
12:42 L-akbar ammont ta' każijiet din il-ġimgħa kienu f'persuni bejn il-25 u 44 sena.
Nicole Borg
12:42 59 persuna attivi ġejjin minn Għawdex.
Nicole Borg
12:41 Fejn jidħlu każijiet impurtati, matul din il-ġimgħa kien hemm 13.
Nicole Borg
12:41 Prof. Gauci qalet li bħalissa hawn diversi viruses, fosthom l-irjiħat u l-influwenza.
Nicole Borg
12:40 Prof. Gauci qalet li l-akbar clusters jinsabu fil-familji u l-postijiet tax-xogħol. Hi appellat lil min iħaddem biex jekk jista' jkun iħallu l-ħaddiema tagħhom jaħdmu mid-dar.
Nicole Borg
12:39 Irrimarkat li fid-djar tal-anzjani qed jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex il-firxa tkun ikkontrollata meta jfeġġ xi każ.
Nicole Borg
12:38 Spjegat li l-każijiet tilgħin 'il fuq, minkejja li jkun hemm ġranet li fihom forsi jkun hemm inqas każi.
Nicole Borg
12:37 Qalet li fl-isptarijiet f'Malta u Għawdex hemm b'kollox 203 persuni li qed jirċievu l-kura.
Nicole Borg
12:37 Prof. Gauci semmiet kif matul l-aħħar ġimgħa mietu total ta' 16-il persuna kawża tal-pandemija.
Nicole Borg
12:36 Mara ta' 86 sena mietet ilbieraħ fid-19 ta' Novembru fl-isptar Mater Dei. Mietet mara oħra ta' 75 sena li mietet kmieni dalgħodu wkoll fl-Isptar Mater Dei.
Nicole Borg
12:35 Prof. Charmaine Gauci spjegat li b'kollox s'issa mietu 108 persuni u ħabbret żewġ imwiet oħrajn.
Nicole Borg
12:35 Waranofsinhar it-tajjeb.
Nicole Borg