Filmat: Persuna taħt l-40 sena fl-ITU bil-coronavirus

COVID-19 - Media Briefing - 23-10-2020

COVID-19 - Media Briefing - 23-10-2020

Posted by saħħa on Friday, October 23, 2020

Prof. Charmaine Gauci qalet li bħalissa hemm 12-il pazjent bil-coronavirus fl-ITU, li wieħed minnhom għandu inqas minn 40 sena. Fl-isptarijiet b’kollox hemm 83 pazjent bil-Covid-19.

Fin-12.30pm is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika ngħaqdet mal-ġurnalisti għal konferenza stampa oħra biex tagħti l-aħħar aġġornamenti fuq is-sitwazzjoni tal-coronavirus f’Malta.

Prof. Gauci spjegat kif inhuma mqassmin il-pazjenti fl-isptarijiet:

  • 12-il pazjent bil-coronavirus fl-ITU, wieħed li għad għandu fuq it-30 sena
  • B’kollox 39 pazjent bil-coronavirus fl-Isptar Mater Dei: 5 fit-Taqsima tal-Mard Infettiv, 22 fi swali oħra
  • Sptar Boffa: 25 pazjent
  • Sptar San Tumas: 17-il pazjent
  • Sptar Karin Grech: pazjent wieħed
  • Sptar Monte Karmeli: pazjent wieħed

Mill-kumplament tad-dettalji li tat, spikkaw dawn:

  • 44 każ attiv f’Għawdex
  • L-aktar nies li qed jaqbadhom il-Covid-19 dawk ta’ bejn il-25 u l-34 sena
  • L-età medja tal-pazjenti bil-Covid-19: 38 sena
  • L-R factor hu madwar 1.5

Ikkummentat ukoll fuq l-app tal-coronavirus u qalet li tniżżlet minn 78,189 persuna, 16% tal-popolazzjoni. Fuq l-app ġew immarkati 129 każ pożittiv.