Newsline: Peppi Azzopardi u Edituri ta’ gazzetti dwar il-każ Montebello

David Vella Peppi Azzopardi

Il-programm Newsline tas-Sibt 25 ta' Mejju jistaqsi jekk is-sistema edukattiva f'Malta hija inġusta mal-ħaddiema. Dwar dan iwieġeb il-professur Carmel Borg mill-Fakultà tal-Edukazzjoni. 
Nkompli nisimgħu dwar il-każ Patri Mark Montebello, fejn ġie rrappurtat fit-Torċa fost mezzi oħra tax-xandir, li l-Arċisqof Charles Scicluna ordna lill-Patri biex ma jkomplix jikteb fil-gazzetti. Wara li kelliem għall-Kurja qal li dan mhux veru, Rachel Attard, l-Editor-in-chief ta’ The Malta Independent u Peppi Azzopardi, il-preżentatur tal-programm Xarabank, tkellmu b’mod pożittiv dwar kif ġab ruħu l-Arċisqof Scicluna fuq il-każ. Illum, Fr Joe Borg jerġa jitkellem magħhom, kif ukoll mal-Editur tat-Torċa Victor Vella. 
Nitkellmu wkoll ma' Beppe Galea, ġurnalist ta' newsbook.com.mt li ħadem fuq storja fejn ġie żvelat b'mod esklussiv mill-istess sit li l-eks Ministru Anton Refalo jrid ikompli jibni f'ODZ
Preżentazzjoni ta' Fr Joe Borg u Manuel Delia