Filmat: Oh My Malta! X’ġara fil-Belt Valletta?

Bħalissa, il-vlogger famuż Nusser Yasin, li jmexxi l-paġna NAS Daily u jtella’ filmati mid-dinja kollha, qed jipprova jiġbor mal-4,000 persuna f’post wieħed biex flimkien joħolqu slowgan ġdid għal Malta: Oh My Malta!
Mill-avveniment fuq Facebook, jidher li r-riħ ma nkwetax lil Yasin hekk kif qal li l-avveniment se jsir kif pjanat u se jkun hemm numru ta' sorpriżi għal dawk kollha li jattendu.
Fl-aħħar ġimgħat, Yasin tella' numru ta' filmati bi stejjer differenti ta' persuni u komunitajiet Maltin u Għawdxin, fejn jidher li qed jagħmel minn kollox biex isir jaf aktar lill-Gżejjer Maltin.
Madanakollu, fl-aħħar jiem inqalgħet ukoll kontroversja oħra hekk kif għadd ta' persuni talbuh jiddiskuti l-ħelsien tal-midja b'referenza għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, proposta li hu rrifjuta hekk kif sostna li ma jridx jidħol f'argumenti politiċi u governattivi.