LIVE: Nitkellmu mad-Deputat Editur ta’ Forbidden Stories

Waqt il-programm Newsline tas-Sibt 19 ta' Mejju fuq RTK 103FM, nitkellmu ma' Jules Giraudat id-Deputat Editur ta' Forbidden Stories dwar l-istejjer li qed jiġu żvelati f'The Daphne Project. 
Nitkellmu wkoll dwar l-iżviluppi politiċi u l-kwistjoni politiko-reliġjuża qabel l-Indipendenza, flimkien mal-istoriku l-Profs. Joe Pirotta. 
X'qed jiġri fil-kwistjoni tal-kontijiet fl-ARMS? Jgħidilna Profs. Josef Lauri
Ftit tax-xhur ilu ġie żvelat skandlu fil-Knisja fiċ-Ċilì – x'ġara wara l-laqgħa tal-Isqfijiet mal-Papa? X'kien l-irwol tal-Arċisqof ta' Malta? 
Dan u aktar waqt Newsline bejn l-10am u 12pm. Preżentazzjoni ta' Fr Joe Borg u Manuel Delia