Follow Up: Nidħlu fil-MUŻA – il-Mużew Nazzjonali tal-Arti

Waqt Follow Up ta’ nhar it-Tlieta 13 ta’ Novembru 2018, niddiskutu l-mużew MUŻA li fih kollezzjoni ta’ aktar minn 20,000 opra tal-arti. Mill-ġimgħa d-dieħla il-poplu Malti u t-turisti li jżuruna jistgħu jibdew igawdu l-Mużew Nazzjonali tal-Arti Kontemporanja il-ġdid li nfetah fl-Auberge d’Italie fil-Belt. Sergio Mallia jidħol fid-dettal dwar dan il-proġett li beda fl-2011 u issa mistenni offri esperjenza kulturali u ta’ divertiment għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Mistidnien: Sandro Debono (Kuratur), Veronica Micallef (Project Manager) u Mark Anthony Spiteri (Project Coordinator).

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.