Filmat: Nibqgħu sejrin hekk u nkun nista’ niggarantixxi xogħol għal uliedkom – Muscat

Read in English.

Waqt li kien qed jindirizza liż-żgħażagħ, Muscat qal li seta’ jiggarantixxi l-impjieg. Qal li jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma, ikun jista’ jigarantixxi wkoll xogħol għal uliedhom.

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal liż-żgħażagħ li għandu tliet kelmiet xi jgħidilhom: “xogħol, xogħol, u xogħol”. Dan qalu waqt rally tal-PL fil-Birgu.

Hekk kif il-kampanja elettorali waslet fi tmiemha, Muscat indirizza l-folla li nġabret fil-pjazza tal-Birgu. Waqt id-diskors tiegħu, Muscat tkellem dwar temi rikorrenti fil-kampanja tal-PL, bħall-pensjonijiet, il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, u l-ugwaljanza.

Muscat qal li ż-żmien li wieħed isiefer barra biex ifittex ix-xogħol waqaf. Tenna dak li qal aktar kmieni matul il-ġurnata li kumpanija tal-logħob tal-ażżard kienet ġejja Malta. Muscat tkellem dwar l-eSports u qal li matul l-għaxar snin li ġejjin kienu se jinħolqu madwar 2,200 impjieg ġdid f’dan is-settur. Saħaq li l-PL mhux biss joħloq l-impjieg imma anke jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Skont Muscat, il-moviment kiber maż-żmien. Qal li l-għażla kienet bejn il-progress jew it-tnaqqis tiegħu. Qal li l-għażla ma kinetx waħda bejn l-aħmar u l-blu, b’referenza għall-firda politika.

Muscat ammetta li bil-paga minima, wieħed ma jirnexxilux imantni familja.

Dwar iż-żieda reċenti, Muscat qal li issa l-paga minima teżisti biss fuq il-karta peress li kull min jaħdem għal sena fuq il-paga minima se jkun qed jara żieda fil-paga tagħhom fis-snin ta’ wara.

Muscat wiegħed li jkompli jsaħħaħ il-paga minima.

Muscat tenna messaġġ li uża matul l-kampnja li jrid sinjuruni żgħar. Hu wiegħed li l-Gvern se jkompli jgħin lin-nies joħorġu mill-faqar.

Il-mexxej laburista qal li tnejn minn kull tliet persuni li kienu fil-faqar issa ħarġu minnu. Enfasizza li l-Gvern ma jridx ikollu sitwazzjoni ta’ faqar moħbi.

Muscat temm jgħid li issa l-amministrazzjoni mmexxija mill-partit tiegħu waslet nofs triq mit-tieni mandat tagħha wara li kien sejjaħħ l-elezzjoni bikrija tal-2017 fejn kienu fittxew il-fiduċja tan-nies.

Il-Mexxej Laburista qal li minn dakinhar l’hawn 55% tal-manifest tal-partit diġà twettaq u qal li l-wegħdi elettorali li kien fadal kienu se jitwettqu sal-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Filmat: Joseph Muscat