Filmat: Il-poter tiegħi naqas – Muscat

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat tkellem dwar il-kawża li nfetħet mill-għaqda tas-soċjetà ċivili Repubblika. Skont dak li qalet il-Qorti qalet li ma għandhomx raġun rigward il-ftuħ ta’ dan il-każ. Dalgħodu fil-Qorti l-Imħallef Mark Chetcuti qal li l-każ se jkompli jinstema’ ladarba tittieħed id-deċiżjoni fil-Qrati Ewropej tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu dwar il-Polonja. Huwa spjega li din għandha tipprovdi eżempju tad-deċiżjoni finali li huwa għandu jieħu dwar it-talba mressqa minn Repubblika.

AQRA: Il-Gvern u Repubblika ma jaqblux dwar min rebaħ il-kawża dwar il-ħatriet tal-ġudikatura

Muscat kien qed iwieġeb mistoqsijiet waqt attività politika li ttelgħet taħt it-tinda fl-Imsida l-Erbgħa filgħaxija.

Il-Mexxej tal-Partit Laburista rrefera għall-abbozz tar-rapport li nħareġ qabel ma ġie diskuss fil-Kunsill tal-Ewropa. Skont Muscat ir-rapport imħejji huwa miktub b’ċertu mod, u qal li r-rapport issemmi l-hemm ħafna poter f’idejn il-Prim Ministru filwaqt li qal dawn tnaqqsu. Il-Kummissjoni ta’ Venezja iktar kmieni dis-sena wkoll qalet li l-Prim Ministru għandu ‘wisq poter f’idu’.

AQRA: “Jekk Malta mhux se taħdem fuq fejn hi dgħajfa, l-Ewropa trid tintervjeni” – KE