Filmat: Irridu niġu f’punt fejn il-Gvern jikkumpensa lil min juża tal-linja – Muscat

Partit Laburista

 

Attività politika fl-Isla b'diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat

Attività politika fl-Isla b'diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat

Posted by Joseph Muscat on Sunday, May 5, 2019

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-viżjoni tiegħu għat-trasport f’Malta hi li niġu f’punt fejnl-Gvern ikkumpensa lil min juża’ it-transport pubbliku. Meta kien qed jindirizza attività politika fl-Isla, Muscat qal li l-ambizzjoni tal-Gvern hi li Malta hi li ssir wieħed mill-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li jdaħħal il-kunċett li karrozzi ġodda kollha jkunu elettriċi.

Huwa qal li l-kredibbilità hija l-ikbar kejl fil-politika u l-Partit Nazzjonalista m’għandux kredibbilità meta fil-passat wiegħed ħaġa u għamel mod ieħor.

Huwa qal li m’hemmx għerf li twiegħed, l-kapacità hi li twettaq dak li twiegħed. Huwa qal li dak li l-Gvern dak li wiegħed iwettaq u n-nies jistgħu iserħu rashom li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir. Mill-banda l-oħra, l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern żied il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-VAT mingħajr ma qal xejn lil ħadd.

Partit Laburista

Huwa qal li l-PN qed igerger dwar it-traffiku mingħajr ma joffri l-ebda soluzzjoni, waqt li l-Gvern embarka fuq l-ikbar proġetti infrastrutturali li se jibni t-toroq kollha. Il-Prim Ministru kkritika l-proposta tal-Oppożizzjoni li jsir sistema ta’ underground biex jittaffa’ it-traffiku. Huwa qal li minn banda il-PN ħoloq paniku għax se jkun hemm ħafna terrapin mill-proġett tal-mina u fl-istess ħin se jipproponi underground kullimkien.

Huwa qal li proġetti bħal dawn jirrikjedu numru kbira ta’ nies li juża’ din l-infrastruttura biex tagħmel dawn il-proġetti vjabbli u fl-istess ħin, il-PN qed jikkritika l-introduzzjoni tal-ħaddiema barranin f’Malta.

Muscat ma jistax ikun kredibbli – PN

F’reazzjoni qal dak li qal Muscat, il-PN qal li Muscat ma jistax ikun kredibbli għax jappoġġja lil sieħbu Frans Timmermans li jrid l-armonizzazzjoni tat-taxxa madwar l-Ewropa kollha.