Filmat: Żieda fil-pensjoni fil-baġit li jmiss – Muscat

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat sostna l-pensjoni se tkun qed tiżdied fil-baġit li jmiss. Dan qalu waqt li kien qed jindirizza attività politika organizzata mill-Partit Laburista fi Triq il-Kappella San Ġwann.

Waqt l-intervent tiegħu Muscat saħaq li l-ġid għandu jasal għand kulħadd. Kompla jispjega li n-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji soċjali żdidet għax qed jintefqu fuq persuni li għandhom bżonn.

AQRA: Filmat: Irridu niġu f’punt fejn il-Gvern jikkumpensa lil min juża tal-linja – Muscat

Muscat irrefera għar-rapport ta’ Tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa qal lill-attivisti miġbura taħt it-tinda f’San Ġwann li r-rapport huwa konferma indipendenti dwar is-suċċess ta’ Malta. Semma kif il-Kummissjoni Ewropea kellha tirrevedi t-tbassir ekonomiku għal Malta, darbtejn f’sena. Saħaq li l-ikbar riżorsa ta’ Malta tibqa’ r-riżorsa umana.

AQRA: Filmat: ‘Qabel il-Maltin kienu jmorru l-Awstralja, issa l-barranin jiġu hawn’ – Muscat

Investiment ta’ €2 miljuni f’San Vinċenz de Paul

Muscat sostna li huwa sar jaf b’każijiet ta’ persuni li jinsabu f’San Vinċenz de Paul minħabba l-kura li jeħtieġu iżda li mhumiex anzjani. Spjega li minħabba dawn it-tip ta’ każijiet se jkun hemm investment biex parti minn San Vinċenz de Paul tiġi mibdula f’residenza għal persuni taħt is-60 sena li jkollhom bżonn kura kontinwa. Qal ukoll li hemm ħsieb biex dawn il-persuni jerġgħu jintegraw u jingħataw il-kura fil-komunità.

‘L-ikbar prijorità huwa l-ambjent’

Huwa u jitkellem dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali, Muscat qal li l-ikbar prijorità tal-Kunsilli Lokali li se jkunu qed jitmexxew mill-Partit Laburista, se jkun l-ambjent. Fisser li huwa kien qed jirreferi għall-indafa pubblika filwaqt li reġa’ temm jgħid li jixtieq jara l-lokalitajiet ‘pupilla’.

AQRA: Aġġornata: Filmat: “Il-PN ma ħariġx biżżejjed kandidati fix-Xagħra” – Muscat

Filmat: Facebook / Joseph Muscat