Filmat: Folol irrabjati barra l-Parlament

Ġurnalista ta' Newsbook ikkonfrontata minn impjegat ta' membru tal-kabinett

Miguela Xuereb

Read in English.

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, December 2, 2019

Ġurnalista ta’ Newsbook.com.mt ġiet ikkonfrontata minn impjegat ta’ membru tal-Kabinett, waqt li kienet qed tipprova ġġib il-kummenti għall-mistoqsijiet tagħha. Il-maniġment ta’ Newsbook.com.mt jikkundanna din il-konfrontazzjoni ta’ rabja, hekk kif il-ġurnalista kienet qed taqdi dmirha. Hija kienet qed tistaqsi lill-Membri Parlamentari malli bdew ħerġin mill-Parlament, li llum spiċċa siegħa u nofs qabel.

Filmat: Illum.com.mt

L-MEP tal-PN David Casa ħareġ Tweet li fih ikkundanna dak li affaċċjat ġurnalista ta’ Newsbook.com.mt waqt li kienet qed tiġbed il-filmati.

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, December 2, 2019

Agħtu l-protezzjoni lill-ġurnalisti – L-IĠM lill-Pulizija

L-Istitut għall-Ġurnalisti Maltin għal darba oħra fi ftit jiem qed jipprotesta bil-qawwa kollha għal dak li seħħ illejla fil-Belt Valletta, meta ġurnalisti li kienu qed jaqdu dmirhom biex jirrappurtaw dak li kien qed iseħħ waqt protesta quddiem il-bini tal-Parlament, sfaw aggrediti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

L-IĠM semma kif inċidenti simili seħħew fil-Ħamrun fejn ġurnalisti li wkoll kienu qed jaqdu dmirhom, sfaw mgħajra u ssuttati. Filwaqt li l-istitut, japprezza l-ħidma tal-Pulizija li evitat li l-inċidenti jeskalaw aktar, “ma jista’ qatt jaċċetta li ġurnalisti li jkunu qed jaqdu dmirhom jisfaw mhux biss imfixkla imma anke msawta”.

Appella lill-Pulizija biex jagħtu l-protezzjoni meħtieġa lill-membri tal-midja u tieħu passi skont il-liġi kontra kulmin jikser il-liġi, hu min hu.

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, December 2, 2019


Nicole Borg

Waqt li kien qed jiltaqa’ l-Parlament, għal darboħra s-soċjetà ċivili ngħaqdet fi protesta, issejjaħ għar-riżenja imminenti tal-Prim Ministru.

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, December 2, 2019
Nicole Borg

Filmat: Monique Agius