“X’għamiltlek jien? Ieqaf! Se toqtolni!” – Il-Kuntistabbli Schembri

Il-Qorti dalgħodu semgħet lill-Kuntistabbli Simon Schembri jgħati x-xhieda tiegħu fil-każ kontra ż-żagħżugħ li saq għal fuqu u kaxkru għal diversi metri. Fil-Qorti ħarġu diversi dettalji graffiċi ta’ kif inqabad taħt il-karozza. Iż-żagħżugħ instab minn Schembri isuq karozza mingħajr seatbelt u b’seat imniżżel kollu. Schembri għaraf iż-żagħżugħ. Permezz tad-difiża ż-żagħżugħ qal li jiddispjaċih. Il-każ se jkompli jinstema fis-7 ta’ Settembru fil-11.

11:35 Jixhed il-kuntistabbli mic-CID. 

11:29 L-avukat tad-difiża Franco Debono jagħmel riferenza għal xhud li rat lil Schembri jmur quddiem il-karozza biex iwaqqafha, Debono jsaqsih għall-kumment rigward din ix-xhieda. Il-kuntistabbli qal li “trid tkun miġnun biex naħseb li stajt inwaqqafha”. Debono saqsa jekk setgħax jiskapula l-vettura? U jekk seta’ jiskapulah, għala ma għamilx dan?

11:11 Wara kumment tal-Maġistrat Joe Mifsud, l-avukat tad-difiża Franco Debono kompla bil-kontroeżami. Huwa wieġeb li ma talabx liż-żagħżugħ la biex jinżel jew jitfi l-karozza waħda. Il-Kuntistabbli Schembri qal li kieku kien laħaq irċieva l-informazzjoni mill-control room l-istorja kienet tkun differenti. Schembri qal li beda jgħid li huwa l-instint ma kienx li jżur minn quddiem il-karozza iżda li jwaqqfu. Huwa jgħid li fil-bidu miexi bil-mod. Schembri jgħid li kien għadu b’idu mgħolija x’ħin il-karozza tatu d-daqqa li qatgħatu minn saqqajh.

“Ma kellhix l-opportunità li nċaqlaq”

Schembri jgħid li moħħu ma rreġistrax li l-karozza kienet ġejja fuqu.

10:55 Jibda l-kontro-eżami mill-avukat tad-difiża Franco Debono. Debono ħadu lura għal xi ħin qed jiċċekkja mal-control room dwar in-number plate tal-karozza. Debono saqsa lil Schembri biex jispjega fejn kien eżatt qabel mal-vettura bdiet ġejja għal fuqu. Debono saqsih għala ma resaqx minn quddiem il-vettura. Schembri jgħid li kien hemm spazju ta’ metru. L-avukat Debono jispjega li minħabba kif spjega Schembri, il-karozza kienet iddaħlet skuntrata, qal li għalhekk kellu jidħol l-ġewwa qabel ma joħroġ il-barra. Il-Kuntistabbli baqa’ jinsisti li jwaqqaf il-vettura minflok resaq minn nofs.

10:54 Wara l-Kuntistabbli Schembri għaraf liż-żagħżugħ. L-avukat tad-difiża Franco Debono jgħid li l-imputat jixtieq jiskuża ruħu. Għal ftit mumenti ż-żagħżugħ qam bil-wiefqa fejn beda jgħid “jiddispjaċini ħafna…” iżda twaqqaf mill-Maġistrat li fakkru li f’dan l-istadju tal-proċess mhux permessibbli.

10:50 Huwa jgħid li l-uġieħ ma waqaf qatt u jħoss li qed jiżdied. Huwa spjega li fl-id li tilef mhix tħallih kwieta u spjega l-uġieħ bħala sajjetti. Schembri qal li qed jorqod fuq is-sufan minħabba l-uġieħ.

10:48 Il-Kuntistabbli Schembri jispjega l-ġrieħi li ġarrab li jinkludu 11-il kustilja miksura, għandu spalltu tal-lemin reconstructed. Huwa qal ukoll li tilef sidru. Huwa jispjega li kellu black eye kbira f’għajn il-leminija

10:30 X’ħin taptaplu fuq il-ħġieġa ż-żagħżugħ niżżel it-tieqa u jsibu bis-seat imniżżel kollu. Schembri nnotta liż-żagħżugħ lanqas li kien libes seatbelt. Huwa qal liż-żagħżugħ biex imur fuq il-waqfa tal-linja ħdejn ir-roundabout tal-monument ta’ Ħal Luqa. Schembri mar jistennih hemm fuq il-mutur. Wara xi 4 jew 5 karozzi ż-żgħażugħ wasal. Schembri jiddiskrivi kif iż-żagħżugħ daħal skuntrat. Schembri saqsa liż-żagħżugħ għad-dokumenti għal liema mistoqsija ż-żagħżugħ billi qalu “uwejja ħallini”. Huwa mar jiċċekkja n-number plate. Sakkemm huwa kien qed jistenna iktar informazzjoni

“ħuj int x’se tagħmel? Ieqaf hemm!” – Schembri

Schembri jirrakkonta l-inċident Kont għadni quddiem il-vettura mal-ġenb tagħha, madwar 2 / 3 metri. Sakkem qiegħed b’idi mgħolija niftakar għafas il-gas u “ġibed il-ġewwa għal fuqi”. Naf li ġejt fuq il-bonnett, pruvajt naqbad ma’ xi ħaġa biex ma niżżerżaqx għall-isfel. Ftit sekondi spiċċajt fuq il-bonnett għax iżżerżaqt u naf li ġejt sidri l-isfel lejn l-art u beda jiġibdni lejn il-karozza. Naf li għaddejt minn taħt il-magna u mill-ewwel tire, nofs ġismi maqbud taħt il-karozza. Rajt it-tire ta’ naħa ta’ xellug pulzier maqtugħ mill-art.

“X’għamiltlek jien? Ieqaf! Se toqtolni!” 

Schembri jgħajjat maż-żagħżugħ. Huwa spjega li ma jiftakar xejn dwar l-ispeed tal-karozza. Iżda jiftakar li beda jħoss ġismu jdub li ddeskrivih bħala ħruq agħar mill-ħruq tan-nar. Huwa qal li nbeżaq minn taħt il-karozza, wiċċu ‘lfuq.

Schembri spjega li peress li ġieli kien fuq inċidenti. Huwa kien jaf li kellu ġrieħi kbar, huma jiftakar li raġel qabdlu idu tax-xellug. Huwa qal li l-uġiegħ ma setax jiddeskrivih. Huwa spjega kif għalaq għajnejh u iffokka biex jieħu nifs. Schembri kien konxju li qed jissielet għall-ħajtu.

Schembri qal li talab il-kollega tiegħu li għarfu minn leħnu, u talbu biex jieħu r-ritratti u biex ma jgħidx lil mara tiegħu.

Schembri jgħid eventwalment sema leħen is-surġent jgħajjat għall-assitenza. Skont dak li kien qed jisma ħass il-paniku u fehem li s-sitwazzjoni kienet gravi. Huwa jiftakar it-tabib jtih injection u qal li tal-ambulanza beda jsuq ħafna u Schembri filwaqt li beda jintilef minn sensih, ġibdlu l-attenzjoni dwar is-sewqan.

10:24 Se jibda jixhed il-Kuntistabbli Schembri. Il-Maġistrat informa lil Schembri li se jkunu qed jistaqsuh xi mistoqsijiet. Schembri jinforma lill-Qorti

Schembri ilu 22 sena sservi fil-Korp tal-Pulizija. Huwa ilu 7 snin fit-Taqsima tat-Traffiku. Il-Prosekuzzjoni tibda ssaqsi lil Schembri dwar xogħlu. Huwa jgħid li l-equipement huwa provdut mill-Korp. Schembri jgħid li kollox kien provdutu mill-Korp tal-Pulizija apparti l-helmet, ġakketta (minħabba li l-Korp ma kellhux il-qies tiegħu iżda inħareġ permess biex ikun jista’ jixtri waħda hu) u par ingwanti. Il-helmet kienet gradata iktar prottetiva. h

Fil-15 ta’ Mejju huwa beda xogħol fis-6am u kien stazzjonat fin-Nofsinhar ta’ Malta (Raħal Ġdid, Birgu, eċċ).

Huwa jgħid li għal xi 6.45am kien hemm kollużjoni Raħal Ġdid f’Palm Street. Il-kollega tiegħu baqa’ fejn il-kollużjoni filwaqt li Schembri mar fuq ronda.

Huwa kien direzzjoni lejn Ħal Luqa. Huwa jgħid li x’ħin wasal ħdejn l-ajruport l-antik fejn innotta karozza tat-tip Mercedes bil-ħġieġ skura ħafna (tinted). Huwa mar fuq in-naħa tax-xufier u taptaplu fuq il-ħġieġa.

10:22 Jasal fl-Awla Kuntistabbli Simon Schembri.

10:19 Jixhed l-Ispettur Fabian Fleri jippreżenta sentenza li ngħatat fil-konfront taż-żagħżugħ mill-Maġistrat Doreen Clarke.

10:09 Iż-żagħżugħ ma tax il-password tal-mowbajl lill-Pulizija. Jixhed espert tal-Qorti jgħid li inħarġet dejta li mhix encrypted. Keith Cutajar jippreżenta d-dejta li rnexxillu joħroġ mill-mowbajl.

10:06 Ninsabu fl-Awla 24 fejn mistenni jixhed Simon Schembri fil-każ taż-żagħżugħ li saq għal fuqu u kkawżalu ġrieħi gravi. Schembri kien tkaxkar għall-ammont ta’ metri.

Il-każ

Nhar il-15 ta’ Mejju għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu fit-Triq Ħal Qorm, Ħal Luqa, żagħżugħ baqa’ għaddej minn fuq l-Uffiċjal tal-Pulizija li tħalla jissielet għall-ħajtu. Iż-żagħżugħ kien ġie arrestat f’Ħal Farruġ mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Huwa tressaq il-Qorti l-għada iżda ma kienx ingħata il-ħelsien mill-arrest. Iż-żagħżugħ ġie akkużat b’attentat ta’ qtil u 46 akkuża oħra. Il-kuntistabbli Schembri tilef idu l-leminja. Schembri ħareġ mill-isptar fid-9 ta’ Ġunju. 

Il-każ qed jinstema quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud. Il-Prosekuzzjoni qed tiġi mmexxiha mill-Ispetturi Pier Guido Saliba, Fabian Fleri u Chantelle Casha. Id-difiża hi magħmulha mill-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.