Read in English.
11.19pm Joe Mike u Lydon Agius jirbħu il-Malta’s Got Talent. Concept of Movement jikklassifikaf fit-tieni post.
11.18pm Ria Gauci kklassifikat fit-tielet post.
11.15pm Il-mument li kulħadd qed jistenna. Fl-ebda ordni partikolari jikklassifikaw mal-ewwel tlieta: Concept of Movement, JoeMike & Lydon, u Ria Gauci.
10.59pm Destiny, ir-rebbieħa tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta, fuq il-palk tal-finali tal-Malta’s Got Talent bħala l-mistiedna waqt li jibdew jitlestew ir-riżultati finali biex inkunu nafu min rebaħ din l-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent. Destiny interpretat il-kanzunetta All Of My Love, li biha kellha tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li tħassar minħabba fil-pandemija tal-Covid-19.
10.58pm Tagħlaq il-votazzjoni. Il-voti li jidħlu minn issa ‘l quddiem mhux se jkunu validi.
10.51pm L-aħħar ftit ħin sakemm tingħalaq il-votazzjoni. Ir-rebbieħ tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent se jiġi determinat mill-pubbliku. Ivvutajt?
10.41pm Lapes huwa l-aħħar artist fuq il-palk b’kanzunetta b’lirika diretta li impressjonat u ħalliet lil Sarah Zerafa bla kliem. Wirja mimlija talent u differenti mill-wirjiet ta’ qabel biex b’hekk hu u t-tim tiegħu żammew l-oriġinalità tagħhom.
Televoting: 506144 909
10.34pm Joseph Mangion “Il-Kapxi” mill-ġdid wassal fuq il-palk ta’ Malta’s Got Talent billi wssal il-festa Maltija fuq il-palk tal-MFCC f’Ta’ Qali.
Min qatt seta’ jimmaġina li xi ħadd li jagħmel il-ħsejjes b’ħalqu kapaċi jqanqal daqshekk interess fost il-pubbliku Malti?
Televoting: 506144 908
10.19pm Matthias Camilleri b’wirja impressjonanti u differenti hekk kif din il-wirja kellha laqta romantika.
“Ma kienx ikun finali mingħajrek” – ikkummentat Sarah.
Televoting: 506144 907
10.12pm Ike u Kaya, iż-żewġ “għarajjes” ċkejknin li wkoll serqu l-qlub tal-Maltin u Għawdxin f’dawn l-aħħar ġimgħat ippreżentaw il-verżjoni tagħhom tal-kanzunetta A Whole New World. Wirja mimlija kunfidenza li niżlet tajjeb ma’ Howard, Sarah, Ray u Maxine.
Televoting: 506144 906
9.54pm “Bl-arti tista’ toħroġ ħafna messaġġi” ikkummentaw Concept of Movement qabel il-wirja fantastika u artistika tagħhom. Ukoll ingħataw standing ovation b’Howard jikkummenta li ħaqqhom jirbħu din l-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent.
Televoting: 506144 905
9.46pm JoeMike u Lydon Agius, il-missier u l-iben li ġibdu s-simpatija tal-pubbliku Malti, għal darb’oħra ppreżentaw makjetta oħra. Wirja oħra li niżlet tajjeb ħafna.
“Malta kollha tħobbkom” – ikkummentat Maxine.
Televoting: 506144 904
9.31pm Yulan Law b’kanzuentta bi stil li ssoltu ma tkantax iżda li biha riedet turi lat ieħor tagħha. Howard iddeskrivieha bħala d-dark horse tal-kompetizzjoni. Ikkummenta li jittama li jaraha mal-ewwel tlieta. Ray min-naħa tiegħu konvint li t-tifla tal-11-il sena għandha futur bħala kantanta. Maxine u Sarah wkoll impressjonati. Mhxu ta’ b’xejn li l-erba’ membri tal-ġurija tawha
Televoting: 506144 903
9.25pm Ria Gauci b’wirja deskritta bħala waħda enerġetika li ħalliet lill-erba’ membri tal-ġurija bla kliem u spiċċat bi standing ovation.
Televoting: 506144 902
9.10pm Kinetic fetħu l-finali b’wirja varjata li biha ħolqu l-isbaħ atmosfera possibbli. Wirja li ntogħoġbot mill-erba’ membri tal-ġurija b’Howard jikkummenta li din kienet l-aqwa wirja tagħhom s’issa.
Televoting: 506144 901
9.05pm Spjegata is-sistema tal-votazzjoni: Wieħed jista’ jivvota sa massimu ta’ tlett darbiet. il-votazzjoni ssir permezz ta’ SMS vojt.
506144 901 Kinetic
506144 902 Ria Gauci
506144 903 Yulan Law
506144 904 Joemike & Lydon Agius
506144 905 Concept of Movement
506144 906 Ike & Kaya
506144 907 Matthias Camilleri
506144 908 Joseph Mangion “Il-Kapxi”
506144 909 Lapes
Kull SMS jiswa’ 0.47c
9pm Gordon Bonello jiftaħ il-programmi billi jintroduċa d-disa’ finalisti. Bħal ma rajna fl-aħaħr edizzjonijiet l-udjenza hija waħda virtwali. Ray Attard, Sarah Zerafa, Maxine Aquilina u Howard Keith Debono jagħmlu l-entratura tagħhom beix ikunu jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom wara kull wirja.
Il-finali ta’ Malta’s Got Talent
Il-finali ta’ Malta’s Got Talent se tixxandar illejla fuq TVM fid-9pm fejn se nkunu qed naraw id-9 finalisti li għaddew mill-fazijiet ta’ qabel.
Bħal ma rajna fil-programmi ta’ qabel Gordon Bonello se jkun qed imexxi l-programm filwaqt li Howard Keith Debono, Maxine Aquilina, Sarah Zerafa u Ray Attard se jkunu qed jiffurmaw il-parti tal-ġurija, jesprimu l-opinjonijiet tagħhom fuq kull wirja u forsi b’xi battibekk bejniethom.
Il-programm se jixxandar dirett mill-MFCC f’Ta’ Qali u r-rebbieħ se jiġi determinat kompletament mill-pubbliku. Ir-rebbieħ se jmur lura d-dar b’€25,000.
Id-disa’ finalisti tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent huma:
- Concept of Movement
- Ike and Kaya
- Jomike and Lydon
- Joseph Mangion
- Kinetic
- Lapes
- Matthias Camilleri
- Ria Gauci
- Yulan Law
newsbook.com.mt se jkun qed jaġġornakom b’mod live dwar dak li se jkun għaddej waqt il-finali ta’ Malta’s Got Talent.
Min hu l-favorit tiegħek illejla?
Ikkummenta hawn taħt :