Filmat: Kieku kont flok Busuttil kont nitlaq – Farrugia

LIVE mill-konferenza tal-PD

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, July 24, 2018

Il-Membru Parlamentari tal-Partit Demokratiku (PD) Marlene Farrugia qalet li kieku kienet fil-pożizzjoni tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kienet titlaq mill-Partit Nazzjonalista.

Farrugia qalet dan għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-PD.

“Ovvja li ħadd m’għandu jservi taħt Kap li huwa l-poodle tal-Prim Ministru” saħqet Farrugia.

Farrugia qalet li ma kienx hemm kuntatt bejn il-PD u l-PN f’dawn l-aħħar jiem u qalet li se tkun qed “tħallihom jgħaffġu waħedhom”.

Farrugia qalet ukoll li jekk tissejjaħ mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Parlament kontra Adrian Delia, kienet tivvota favur li jitneħħa.

Skont Farrugia, Malta qed tibki biex ikollha Oppożizzjoni b’saħħitha.

Il-Ħadd li għadda, f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li ssospenda lill-eks Kap tal-PN Simon Busuttil mill-kariga tiegħu bħala Shadow Minister ta’ Governanza Tajba, liema kariga se jkun qed jokkupa Delia nnifsu.