Filmat: Merħba Għawdxija għal Michela Pace

Christoph Schwaiger

LIVE: Michela Pace f'GħawdexDettalji hawn: https://bit.ly/2Tcv2oU

Posted by Newsbook.com.mt on Sunday, January 27, 2019

Ir-rebbieħa ta’ X Factor Malta Michela Pace ngħatat merħba minn għadd ta’ Għawdxin li nġabru fir-Rabat Għawdex biex jifirħulha għas-suċċess li għamlet fil-kompetizzjoni tal-kant.

Pace, li rebħet l-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision li jmiss. Il-Ministeru għal Għawdex stieden lill-pubbliku biex jiltaqa’ quddiem il-bini tal-Ministeru biex jilqa’ lil Michela hemmhekk.

“Ma nistax nemmen”; “Int tiddi daqs djamant”