Filmat: M’hemmx bażi legali biex jinżammu l-bastimenti li jsalvaw il-ħajjiet

🔴 LIVE: MEPs f’Malta dwar l-immigrazzjoni 🇲🇹 http://bit.ly/2QG3JSN 🇬🇧 http://bit.ly/2D9mQ55

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, September 18, 2018

M’hemmx bażi legali biex jibqgħu miżmuma mill-awtoritajiet il-bastiment Sea-Watch 3 u l-ajruplan żgħir MoonBird tal-għaqda li ssalva l-immigranti Sea-Watch skont l-MEP Martina Anderson.

Tliet Membri Parlamentari Ewropej li ġew Malta f’delegazzjoni dwar l-immigrazzjoni u indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet mal-ġurnalisti f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta.

Għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt l-MPE Martina Anderson (GUE/NGL) qalet li fil-każ tal-kaptan tal-bastiment MV Lifeline li nfetaħlu każ kontrih fil-Qrati Maltin jidher li hemm proċess legali però qalet li miexi bil-mod. Appellat biex il-proċess jgħaġġel aktar.

L-MPE Jean Lambert mill-partit tal-ħodor qalet li ħadd m’għandu jfarfar mir-responsabbilità tas-salvataġġ tal-bnedmin. L-MPE Peter Niedermueller (S&D) qal li mingħjar NGOs ma jkunx hemm demokrazija. Qal li jappoġġja lill-għaqdiet li jaħdmu fis-settur tas-salvataġġ tal-persuni. Anderson qalet li huwa llegali li pajjiż jinjora talba għall-għajnuna minn xi dgħajsa.

Ilbieraħ l-istess MEPs iltaqgħu mal-ekwipaġġ tal-bastimenti Lifeline u Seawatch. L-MEPs se jibagħtu ittra miftuħa lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar l-ordni biex dawn il-bastimenti jinżammu milli jbaħħru biex imorru jsalvaw il-ħajjiet.

L-MEPs żaru wkoll l-uffiċini tal-EASO li hija l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ażil.