Filmat: MEP Malti strumentali biex jgħin lil Efimova

save efimova poster
Civil society activists demonstrate outside the Greek Embassy, calling on the Greek government to grant political asylum to Maria Efimova, a Pilatus Bank employee who ignited a political scandal in Malta when she became a source for investigative journalist Daphne Caruana Galizia who was murdered last year, in Ta' Xbiex, Malta March 27, 2018. REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Read in English.

Attivisti Maltin minn Awturi u Occupy Justice rringrazzjaw lil żewġ Membri Parlamentari li ħadmu biex il-Qrati Griegi jiddeċiedu favur il-whistleblower u eks impjegata tal-Bank Pilatus Maria Efimova.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Manuel Delia, f’isem iż-żewġ għaqdiet irringrazzja lil Ewroparlamentari Malti David Casa flimkien mal-Ewroparlamentari Grieg Stelios Kouloglou. Fi kliemu qal li dawn it-tnejn kienu strumentali biex Efimova tinħeles.

Skont Delia, dawn it-tnejn ħadmu b’serjetà u xhedu fil-Qrati Griegi biex Maria Efimova ma tiġi estradita lejn Malta minħabba s-sigurtà tagħha.

Il-konferenza saret wara li dalgħodu, il-Qorti tal-Apell Griega ddeċidiet kontra li Efimova tiġi estradita lejn Malta, bl-attivisti jgħidu li huma sodisfatti b’din id-deċiżjoni.